Malta Public Transport
Tallinja Bike

Kemm tiswa

Il-ħlas għal Tallinja Bike isir biss mas-sistema installata f’kull stazzjon (totem). Ir-reġistrazzjoni jew aċċess għas-servizz isir faċilment billi ssegwi l-istruzzjonijiet indikati fuq it-touch screen mqabbad mas-sistema.

Biex jirreġistraw kont ġdid, il-klijenti għandhom idaħħlu d-dettalji tagħhom u tal-credit card skont ma jkun indikat. Klijenti li diġa’ għandhom kont, ikollhom bżonn biss idaħħlu n-numru CVV tagħhom. Dawk li għandhom Tallinja Card jibbenefikaw minn skontijiet fuq ir-rati tas-servizz.

Dawn huma t-tariffi għal Tallinja Bike:

Tip ta’ Kont/Card Rati tas-servizz skont il-perjodu tal-użu (minuti)
0-30 30-60 60+
Ħlas skont l-użu € 3.00 € 2.00 Kull 30 minuta addizzjoni tiswa €2
Tallinja Card personali € 1.50 € 2.00 Kull 30 minuta addizzjoni tiswa €2
Explore cards € 1.50 € 2.00 Kull 30 minuta addizzjoni tiswa €2

Il-prezzijiet jinkludu 7% VAT

Ħlas skont l-użu

Klijenti li m’għandhom Tallinja Card iħallsu bir-rati skont l-użu u jistgħu jagħżlu bejn reġistrazzjoni għal sena li tiswa €80 inkella għal reġistrazzjoni ta’ 3 xhur li tiswa €25.  

Tallinja Card personali

Dawk li għandhom Tallinja Card Personali iridu jdaħħlu n-numru tal-klijent li jidher fuq il-card biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-iskont. Il-ħlas għas-servizz ta’ Tallinja Bike isir mill-credit card li jirreġistraw skont ir-rati indikati fuq.

Skonti għall-Explore Cards

Jekk għandek Explore Card jew ExplorePlus Meep Card, tingħata wkoll skont meta tuża Tallinja Bike. Kulma jkollok bżonn tagħmel huwa li ddaħħal in-numru tal-vjaġġ li jidher fuq il-card (travel card number) u l-benefiċċji jiġu applikati awtomatikament. Il-ħlas għas-servizz ta’ Tallinja Bike isir mill-credit card li jirreġistraw skont ir-rati indikati fuq.

Riċevuta tkun disponibbli fuq is-sit tagħna. Din ma tinħarġx awtomatikament iżda l-klijenti jistgħu jitolbuha u tintbagħat direttament fl-email tagħhom.