Is-servizz tagħna għandu impatt dirett fuq il-ħajja tan-nies, għalhekk aħna sensittivi għall-bżonnijiet diversi tagħhom.
Is-sigurtà hi prijorità ewlenija. Il-karozzi tal-linja tagħna huma kontinwament fit-triq u huma responsabbli għas-sigurtà tal-impjegati, tal-passiġġieri u tal-pubbliku inġenerali. B’aktar min 5,200 vjaġġ kuljum, il-kumpanija tagħna għanda rwol maġġuri fejn tidħol is-sigurtà fit-toroq.
Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar is-sigurtà.
Malta qatt ma kellha flotta ta’ karozzi tal-linja daqshekk moderna. Bl-aktar teknoloġija avvanzata ta’ magni diesel, il-flotta tagħna mhux biss tirrispetta l-ambjent iżda hi wkoll effiċjenti. B’hekk dawk li jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku jkunu qed jgħinu biex l-ambjent ikun aktar nadif.
Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar l-impenn tagħna lejn l-ambjent.
Il-vetturi kollha fis-servizz tagħna mhux talli ma jniġġsux, imma huma wkoll low-floor u għandhom numru ta’ features, inklużi rampi għall-wheelchairs, għajnuniet awdjo-viżivi u seats ta’ prijorità immarkati b’mod ċar għal min jeħtieġhom. Noffru wkoll nollijiet differenti għall-persuni b’diżabiltà, anzjani, tfal, u studenti. Dan hu kollu parti mill-impenn tagħna biex nippromwovu l-mobiltà fil-komunità tagħna.
Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar l-aċċessibiltà.