
Il-kard Explore Flex tagħti aktar flessibilità minn kards oħra meta tħallas għal tipi differenti ta’ trasport. Hija l-unika kard li mhux personalizzata fejn tista’ żżid il-flus fil-kard bħala kreditu. Il-Kard Explore Flex tipprovdi rati mnaqqsa fuq tipi ta’ trasport differenti. Dawn jinkludu tal-linja, il-Valletta Ferry Services, u oħrajn.Tista’ tixtri l-card għal €6, liema flus jistgħu jintużaw bħala kreditu immedjatament.
Peress li tista’ tuża dan il-kreditu immedjatament ma jkollokx bżonn tuża’ flus kontanti jew tinkwieta li jkollok flus bl-eżatt biex titla’ fuq tal-linja. Tista’ tħallas ukoll għal modi ta’ trasport oħra, per eżempju mill-Belt għat-Tlett Ibliet jew mill-Belt għal tas-Sliema. Daqshekk sempliċi.
Meta tixtri din il-kard, tista’ tgħaqqadha mat-Tallinja App, li tista’ tnizzel minnfuq Android Play Store jew l-iOS Apple Store. La darba tkun niżżilt din l-app tkun tista’ tara kemm għandek flus, iżżid flus fuq din il-kard, tippjana l-vjaġġ tiegħek u tixtri offerti speċjali li jkunu ta’ spiss offruti fuq din it-Tallinja App stess.
Dawn huma l-għażliet li ser tħallas meta tuża’ l-Explore Flex:
|
Prezz tas-soltu |
Prezz bl-Explore Flex |
Tal-linja matul il-ġurnata
|
€1.50 |
€1.35 |
Servizz ta' l-Ajruport
|
€1.50 |
€1.35 |
Tal-linja filgħaxija – Night Routes
|
€3.00 |
€2.75 |
Servizzi tal-linja diretti – Tallinja Direct
|
€3.00 |
€2.75 |
Servizzi speċjali (fuq tal-linja)
|
€3.00 |
€2.75 |
Servizz Tallinja On Demand
|
€3.00 |
€2.00 |
Valletta Ferry Services operat minn Marsamxetto Steamferry Services Ltd
|
€1.50 |
€1.30 |
Tallinja Bike – vjaġġ ta’ 30 minuta
|
€3.00 |
€1.50 |
Din il-kard tista' tinxtara mill-uffiċji tal-bejgħ tal-Malta Public Transport fil-venda tal-Belt, mis-sala tal-wasliet fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u minn magni f’diversi lokalitiajiat madwar Malta. Għal-lista tal-magni li jbiegħu l-kards, agħfas hawn.