Għandna Uffiċċji tas-Sales and Information fil-Venda tal-Belt, fl-Arrivals Lounge tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u fil-Venda tar-Rabat, Għawdex.
Filwaqt li ħafna mill-informazzjoni dwar is-servizzi tagħna hi disponibbli onlajn, il-Customer Service Agents tagħna fl-Uffiċċji Sales and Information jinsabu għad-disposizzjoni tiegħek għal kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok u biex jagħtuk l-informazzjoni kollha li tista’ teħtieġ dwar is-servizz tal-karozzi tal-linja. Tista’ wkoll tittoppja t-tallinja card tiegħek jew tixtri kwalunkwe card tal-ivvjaġġar.
Post | Ħinijiet tal-Ftuħ (Mit-Tnejn sal-Ħadd) |
Il-Venda tal-Belt (ħdejn Żona A1) |
Mis-06:00 sal-17:30 |
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (fl-Welcomers Hall) |
Mit-08:00 sas-19:30 |
Il-Venda ta' Buġibba |
Mis-07:00 sas-13:30 u mis-14:00 sas-18:30 |
Sliema Ferries (biswit il-Valletta ferry terminal) |
Mis-07:00 sas-14:00 u mis-14:30 sas-18:30 |
Card Dispensing Machines - disponibbli 24/7
Locations |
Malta International Airport - Welcomers Hall (Arrivals Hall) |
Malta International Airport - Vicin il-waqfa Airport 3 |
Valletta Terminal - Vicin Bay A1 |
San Ġiljan - Mal-waqfa Ross |
Mosta - Mal-waqfa Rotunda 4 |
Buġibba Terminal |
Victoria, Gozo Bus Terminal |
Mġarr, Gozo - Gozo fast ferry terminal |
Rabat - Rabat Interchange (waqfa Rabat 2) |
Paradise Bay Hotel, Cirkewwa |
Sliema Ferries - Mal-waqfa Ferries 2 |
Marsa - Marsa P&R Bus Terminal |
Vened tal-karozzi tal-linja
Il-Venda tal-Belt:
Il-Venda tal-Belt hi aċċessibbli mid-daħla ewlenija tal-Belt kif ukoll min-naħa ta’ Pjazza Kastilja.
- Żona A għar-rotot 1 sa 4, 71 sa 74, 80 sa 88, 90 sa 94, 122, 130 sa 133 u X4
- Żona B għar-rotot 13 sa 16, 21 sa 24, 31 u 32, u 41 sa 49
- Żona C għar-rotot 50 sa 58 u 61 sa 64
Il-passiġġieri huma mħeġġa li jsegwu s-sinjali fil-Venda tal-Belt.
Agħfas hawn biex tniżżel mappa tal-Venda tal-Belt.
Il-Venda ta’ Buġibba:
Il-Venda ta’ Buġibba tinsab fi Triq it-Turisti, wara l-lukanda Dolmen.
Il-Venda tal-Marsa:
Il-Venda tal-Marsa tinsab ftit ‘il bogħod minn Triq it-Tiġrija, qrib tal-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa.
Il-Venda tar-Rabat, Għawdex:
Il-Venda tar-Rabat, Għawdex tinsab ir-Rabat, il-belt kapitali ta’ Għawdex, fi Triq Taħt Putirjal kantuniera ma’ Triq Giorgio Borg Olivier.
L-Interchange tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta:
L-Interchange tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tinsab ftit ‘il bogħod mid-Departures Hall.
L-Interchange tal-Port taċ-Ċirkewwa:
L-Interchange tal-Port taċ-Ċirkewwa tinsab fuq in-naħa tax-xellug tal-Venda.