Disclaimer - Malta Public Transport

Disklejmer

Il-paġni fuq is-sit www.publictransport.com.mt (“is-sit elettroniku”) huma ppubblikati unikament għal skopijiet ta’ tagħrif dwar u f’isem Malta Public Transport Services (Operations) Limited, kumpanija rreġistrata f’Malta, u fuq il-prodott tallinja card. Nitolbuk taqra dawn it-termini u kundizzjonijiet b’reqqa minħabba li bl-uzu tas-sit elettroniku int se tkun meqjus li qbilt u li taċċetta l-istess termini u kundizzjonijiet. Nirriservaw id-dritt li nvarjaw dawn it-termini f’kwalunkwe ħin iżda dan it-tibdil ser ikun ippubblikat fuq dan is-sit elettroniku. Int avżat biex żżomm ruħek aġġornat b’dawn it-termini u kundizzjonijiet  fuq bazi regolari, għaliex int ha tkun meqjus li qbilt ma dawn it-tibdiliet jekk tibqa tuża s-sit wara li jkunu ppublikati.

L-informazzjoni fuq dan is-sit hija miġbura minn sorsi interni kif ukoll esterni għal Malta Public Transport. Aħna nieħdu kull miżura u prekawzjoni sabiex nassiguraw li l-informazzjoni fuq dan is-sit hija akkurata u regolarment aġġornata iżda ma nagħtu l-ebda garanzija tal-eżattezza, u l-informazzjoni tista’ tinbidel minn ħin għall-ieħor.

Is-sit elettroniku huwa ppubblikat ‘tale quale’ mingħajr ebda garanzija ta’ kwalunkwe tip, espressa jew implicita’, dwar l-operat ta’ dan is-sit., u l-eżatezza tal-informazzjoni jew il-prodotti u s-servizzi imsemmija fuq dan is-sit (sakemm dawn il-garanziji jistgħu jiġu esklużi taħt kull liġi rilevanti) u mhux ser inkunu responsabbli għal kull telf jew danni li jistgħu jirriżultaw mill-użu ta’ dan is-sit b’konsegwenza ta’ xi ineżattezza fil, jew xi ommissjoni mill-informazzjoni li tista’ tikkontjeni.

Kull riferenza għal kwalunkwe prodott jew servizz li jista’ jkun provdut minna jew min kwalunkwe kumpanija oħra, ma jammontax għal-ebda garanzija jew wiegħda li dan il-prodott jew servizz ser ikun disponibbli f’kwalunkwe ħin. Tibdil jew titjib fil-prodotti jew servizzi jistgħu jseħħu f’kwalunkwe ħin mingħajr preavviż.

Nirriżervaw kull dritt tal-awtur fuq id-disinn tas-sit u fuq kull kontenut ippubblikat fuq dan is-sit ħlief fuq kuntenut fejn jeżisti avviżż ta’ terzi persuni dwar dawn id-drittijiet. Stampi, marki u ditti huma protetti mill-liġijiet tal-propjeta’ intelletwali u ma jistgħux jiġu ripprodotti jew approprjati minn terzi persuni għall-kwalunkwe raġuni mingħajr permess bil-miktub mis-sidien rispettivi. Sakemm mhux espressament projbit  fuq xi paġna ta’ dan is-sit, tista’ tistampa kopji ta’ dan is-sit għal-użu personali tiegħek sakemm iżżomm referenza mehmuża tal-avviż proprjetarju jew ċaħda ta’ responsabbilta’.

L-informazzjoni pprovduta minn terzi persuni hija mmarkata bħala tali kull fejn tidher. Malta Public Transport qeda tippublika din l-informazzjoni hekk kif ġiet mogħtija lilha u ma terfa’ l-ebda responsabilita’ għal-eżattezza u l-korrettezza tagħha. Hija responsabbilta’ tiegħek li tivverifika din l-infomazzjoni qabel ma’ tieħu deċizjoni bbażżata fuq tali informazzjoni.

Malta Public Transport ma terfa’ l-ebda responsabilita’ għall-informazzjoni ta’ xi sit ieħor li stajt taċċessa jew fuq liema sit huwa konness mas-sit www.publictransport.com.mt. Malta Public Transport ma terfa’ l-ebda responsabilita’ għal-telf jew danni li ínt jista’ jkollok kawża tal-użu ta’ dan is-sit.

Dawn it-termini huma rregolati mill-liġijiet ta’ Malta u inti taqbel li l-Qrati ta’ Malta għandhom ġurisdizzjoni f’każ ta’ diżgwid.

Jekk parti ta’ dawn it-termini jinstabu invalidi, illegali jew li ma jistgħux jiġu nforzati din il-parti tkun sseparata u l-bqija tat-termini jibqgħu japplikaw skond il-liġi.