Malta Public Transport Information - Malta Public Transport
General

Informazzjoni fuq is-Servizz

L-għan tagħna hu li nipprovdu servizz tal-karozzi tal-linja f’Malta u f’Għawdex li jkun sigur, affidabbli u għall-but ta’ kulħadd.

B'aktar minn 420 karozza tal-linja, il-flotta tagħna hi waħda mill-aktar żagħżugħa u moderna fl-Ewropa. Il-karozzi tal-linja ġodda, kollha mgħammra b’magni Euro 6, bl-aħħar teknoloġija ta’ emissjonijiet tad-dijżil biex niżguraw l-anqas impatt fuq l-ambjent.

Faċilment tagħrafhom mill-kulur aħdar u abjad tipiku tagħhom, il-karozzi tagħna mhux biss huma komdi u jirrispettaw l-ambjent, iżda jiżguraw ukoll li l-passiġġieri tagħna jibbenefikaw mill-ogħla livelli ta’ sigurtà matul il-vjaġġ tagħhom. Il-karozzi kollha tagħna huma low floor għalhekk faċilment aċċessibbli b’wheelchair. Aktar informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tista’ tinstab hawn.

Ix-xufiera tal-karozzi tal-linja tagħna jilbsu uniformi flimkien ma’ tag ta’ identifikazzjoni. Huma mħarrġa b’mod professjonali u dejjem lesti li jgħinuk.

Noperaw kuljum, bejn il-05.30 u l-23.00 filwaqt li s-servizz ta’ billejl hu offrut nhar ta’ Ġimgħa u Sibt, kif ukoll f’jiem ta’ festa.

Bil-waqfiet imferrxa madwar Malta u Għawdex kollu, tista’ tibqa’ ċert li ssib karozza tal-linja lejn u minn kważi kullimkien. Is-servizz tal-karozzi tal-linja tagħna huwa għażla ta’ vjaġġar faċli u li jirrispetta l-ambjent f’Malta u Għawdex, kemm għal passiġġieri regolari kif ukoll għal dawk li jkunu qegħdin iżuru l-gżejjer Maltin.

Rotot differenti jagħqdu liċ-ċentri ewlenin tal-gżira ma’ bosta destinazzjonijiet. Dan jinkludi l-Belt, l-Isptar Mater Dei, l-Università, il-Venda tal-Port taċ-Ċirkewwa, Buġibba, Park and Ride tal-Marsa, Park and Ride tal-Marsa, Tas-Sliema, San Ġiljan, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u r-Rabat, Għawdex. Noperaw fuq numru ta’ rotot express li huma indikati bl-ittra “X”. Dawn jieqfu fuq għadd ta’ waqfiet limitati u joperaw lejn u mill-Ajruport minn lokalitajiet differenti. Għal aktar informazzjoni dwar ir-Rotot tal-Ajruport, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Għal aktar informazzjoni dwar vjaġġar bil-karozzi tal-linja f’Malta u f’Għawdex, jekk jogħġbok irreferi għall-Journey Planner tagħna jew għall-iskedi tal-ħinijiet tagħna billi tagħfas hawn. Skedi tal-karozzi tal-linja tipiċi Ġunju u Ottubru, minħabba bidliet fis-servizzi tas-sajf u tax-xitwa. Is-servizzi ta’ billejl joperaw wkoll b'mod differenti, għalhekk, jekk jogħġbok, kun ċert li tivverifika l-iskeda korretta.

Tista’ tniżżel il-Mappa tar-Rotot tagħna billi tagħfas hawn.

Noffru firxa wiesgħa ta’ cards u biljetti mfassla biex jaqdu l-ħtiġijiet tiegħek. Sew jekk int passiġġier regolari jew le, għandna card għalik. Il-cards tagħna jiffrankawlek il-ħin u l-flus filwaqt li jagħmluha aktar faċli li tivvjaġġa madwar Malta u Għawdex.

It-tallinja cards personalizzati huma maħsuba biex joffru l-aqwa valur lill-passiġġieri regolari kif ukoll faċilità ta’ top up tal-kreditu bl-aktar mod faċli. Tista’ tirreġistra għall- tallinja card personalizzata tiegħek hawn.

Għandna wkoll numru ta’ cards oħra disponibbli li jistgħu jintużaw minnufih mingħajr ħtieġa li tirreġistra. Il-cards 7-Day Explore tipprovdi vjaġġar illimitat għal ġimgħa filwaqt li l-card 12 Single Day Journeys toffri flessibilità b’nollijiet imraħħsa. Tista’ tixtri l-cards 7-Day Explore u 12 Single Day Journeys minn kwalunkwe Uffiċċji tas-Sales and Information kif ukoll minn għadd ta’ ħwienet resellers tagħna mferrxa madwar Malta u Għawdex.

Biljetti jistgħu wkoll jinxtraw bi flus kontanti mingħand ix-xufiera tal-karozzi tal-linja tagħna.

Għal aktar informazzjoni dwar il-cards, biljetti u nollijiet, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Aktar informazzjoni dettaljata dwar is-servizzi tal-karozzi tagħna tista’ tinstab fil-Kundizzjonijiet tal-Ivvjaġġar tagħna.