Malta Public Transport
Environment

Aħna impenjati li nħarsu l-ambjent tagħna billi nittrattawh bl-akbar rispett u aħna dejjem konxji mill-impatt tagħna fuq l-ispazju fejn noperaw. Malta qatt ma kellha flotta daqshekk moderna, dan grazzi għall-investiment kontinwu tagħna.

Il-karozzi tal-linja tagħna huma kollha ta’ standard Euro 5 u Euro 6, li hu l-għola standard fejn jidħlu magni diesel. Dan jassigura li l-vetturi tagħna jkunu effiċjenti u ma jniġġżux.

Qed naħdmu wkoll biex intejbu l-livell ta’ taħriġ mogħti lix-xufiera tagħna fil-qasam tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u metodi kif innaqqsu l-impatt karboniku. Il-kumpanija tagħna tagħmel aktar minn 30 miljun kilometru fis-sena, għalhekk kull sforz jagħmel id-differenza. Għal dan il-għan investejna wkoll fis-sistemi tal-IT li jippermettulna nistudjaw l-operat tat-traffiku u noperaw b’mod aktar effiċjenti.

Permezz ta’ flotta effiċjenti u li tirrispetta l-ambjent, dawk li jagħżlu li jużaw it-trasport pubbliku jkunu qed jgħinu biex l-ambjent ikun aktar nadif u jnaqqsu n-numru ta’ vetturi fit-toroq.