Accessibility - Malta Public Transport
accessibility

Aċċessibilità

Nifhmu li klijenti differenti għandhom rekwiżiti differenti. Għalhekk nimpenjaw ruħna biex nipprovdu servizz faċli u komdu lill-klijenti kollha tagħna filwaqt li nagħtu l-opportunità li jivvjaġġaw lill-aktar nies possibbli.

Ramp

Il-karozzi tagħna huma kollha low floor, mgħammra b’rampa għall-wheelchairs u bi dħul step free. Dan jippermetti lill-utenti b’wheelchairs jitilgħu abbord tal-karozzi tagħna mingħajr ebda għajnuna. Ix-xufiera tagħna huma mħarrġa b’mod professjonali u jattivaw jew jifthu r-rampa għal passiġġieri li jkunu jeħtieġuha.

Priority seating

Il-karozzi tal-linja tagħna kollha għandhom priority seating għall-użu ta’ persuni b’nuqqas ta’ mobilità, nisa tqal, persuni li jġorru trabi u anzjani.

Signal button

Signal buttons u magni tal-biljetti jinstabu f’għoli li jista’ jintlaħaq faċilment mill-utenti b’wheelchairs u passiġġieri oħra b’nuqqas ta’ mobiltà.

Il-karozzi tal-linja huma mgħammra wkoll b’sistema awdjo-viżiva li tħabbar l-isem tal- waqfa li jmiss u d-destinazzjoni finali. Dawn iż-żewġ għajnuniet huma maħsuba, fost affarijiet oħra, li jassistu passiġġieri neqsin mid-dawl jew mis-smigħ matul il-vjaġġ tagħhom.

IMinbarra dawn il-karatteristiċi tal-karozza, il-membri tal-persunal tagħna huma wkoll mħarrġa biex joffru l-għajnuna meħtieġa biex jagħmlu l-vjaġġ fuq il-karozzi tal-linja tagħna l-aktar faċli possibbli għall-persuni b’mobilità ristretta.. 


Jekk jogħġbok aqra l-Kundizzjonijiet tal-Ivvjaġġar tagħna għal aktar informazzjoni.

Mobility scooters u Motorised Wheelchairs

Il-prijorità tagħna hi s-sigurtà tal-passiġġieri tagħna u minħabba limitazzjonijiet marbuta mad-daqs u mal-piż, jista’ ma jkunx sigur jew possibbli li jintużaw il-motorised wheelchairs jew il-mobility scooters kollha.

THawn bosta mobility scooters jew motorised wheelchairs li jvarjaw fid-daqs, fil-piż, it- turning radius u fil-veloċità.

Biex niffaċilitaw l-użu ta’ mobility scooters u motorised wheelchairs fuq il-karozzi tal-linja tagħna, ikollok bżonn li l-mobility scooter tiegħek ikun iċċertifikat. M’hemm l-ebda ħlas marbuta mal-ħruġ ta’ Mobility Scooter Sticker. Jekk jogħġbok agħfas hawn jew aqra l- tagħna għal aktar dettalji. Kundizzjonijiet tal-Ivvjaġġar għal aktar dettalji.