Bus & Card Ticketing - Malta Public Transport

Tallinja Kards u Nollijiet

Biljetti mixtrija minn fuq tal-linja

Tickets

Xitwa

€1.50
Tickets

Sajf

€2.00
Tickets

Servizz bil-lejl

€3.00

Biljetti jistgħu jinxtraw mingħand ix-xufiera tagħna fuq il-karozzi tal-linja kollha. Dawn il-Cash Tickets huma biljetti ta’ Vjaġġ Wieħed li jistgħu jintużaw minn kwalunkwe post sad-destinazzjoni finali, sa massimum ta’ sagħtejn, u jinkludu l-bidliet ta’ waqt il-vjaġġ jekk ikunu meħtieġa. Ir-rati jvarjaw bejn ix-xhur tas-sajf u dawk tax-xitwa.


Tista’ wkoll tagħżel waħda minn tal-tallinja cards tagħna. Hemm firxa ta’ tallinja cards li joffru valur miżjud u nollijiet orħos biex jaqdu l-ħtiġijiet tiegħek, skont l-esiġenzi tiegħek tal-ivvjaġġar.

tallinja card

Tallinja card personalizzata

Passiġġieri regolari jistgħu jagħżlu li jirreġistraw għall-tallinja card personalizzata. Din toffri nollijiet imraħħsa u l-possibbiltà li tittoppja l-card b’aktar kreditu. Ammont minimu tat-top up u nollijiet tal-card japplikaw.

Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok agħfas hawn.

Explore Flex Card (minn €6)

Il-kard Explore Flex tagħti aktar flessibilità minn kards oħra meta tħallas għal tipi differenti ta’ trasport. Hija l-unika kard li mhux personalizzata fejn tista’ żżid il-flus fil-kard bħala kreditu. Il-Kard Explore Flex tipprovdi rati mnaqqsa fuq tipi ta’ trasport differenti. Dawn jinkludu tal-linja, il-Valletta Ferry Services, u oħrajn.Tista’ tixtri l-card għal €6, liema flus jistgħu jintużaw bħala kreditu immedjatament. 

Peress li tista’ tuża dan il-kreditu immedjatament ma jkollokx bżonn tuża’ flus kontanti jew tinkwieta li jkollok flus bl-eżatt biex titla’ fuq tal-linja. Tista’ tħallas ukoll għal modi ta’ trasport oħra, per eżempju mill-Belt għat-Tlett Ibliet jew mill-Belt għal tas-Sliema. Daqshekk sempliċi.  

Meta tixtri din il-kard, tista’ tgħaqqadha mat-Tallinja App, li tista’ tnizzel minnfuq Android Play Store jew l-iOS Apple Store. La darba tkun niżżilt din l-app tkun tista’ tara kemm għandek flus, iżżid flus fuq din il-kard, tippjana l-vjaġġ tiegħek u tixtri offerti speċjali li jkunu ta’ spiss offruti fuq din it-Tallinja App stess. 

Bħalissa għandna offerta speċjali ta’ €29 għal 6 ijiem, imnaqqsa minn €42.

Għal aktar informazzjoni agħfas hawn.

Explore (Adulti €21/ Tfal €15)  - 7 jiem vjaġġar bla limitu

Explore Card

B’ivvjaġġar bla limitu, is-7-Day Explore Card toffri l-aqwa valur għal kull min jixtieq jesplora l-gżejjer tagħna. Tista’ tmur fis-siti kollha ta’ interess f’Malta, fi kwalunkwe parti ta’ Malta u Għawdex. Tista’ titla’ u tinżel xħin trid, kemm-il darba trid, u fi kwalunkwe ħin. Din il-card hi valida għall-ivvjaġġar b’servizz ta’ binhar u ta’ billejl. Għalhekk jekk trid tqatta’ ftit tal-ħin fuq il-bajja, iżżur Ħaġar Qim, jew tmur xi festa tar-raħal, din il-card se toffrilek vjaġġar illimitat, f’kull ħin tal-ġurnata. Permezz ta' din il-card tista tibenefika minn servizzi ohra:

Rohs ta EUR3 fuq il-biljett ta' l-Aquarium Nazzjonali

Din il-card hi valida għal sebat ijiem ta’ vjaġġar mingħajr limitu li jibdew mill-ewwel jum u ħin li tivvalida din il-card fuq il-karozza tal-linja. Hemm card għall-adulti u oħra għat-tfal. Il-card ma tistax tissellef lil persuni oħra.

Din il-card tista’ tinxtara mill-Uffiċċji tas-Sales and Information tagħna u minn ħwienet ewlenin oħra, u tista’ tintuża mal-ewwel.

Għafas hawn għal aktar informazzjoni dwar minn fejn tista’ tixtri l-Explore Card.

12 Single Day Journeys (€15)

12 Journey Card

It-12 Journey Card tagħna hu mod ieħor faċli u vantaġġuż biex tivvjaġġa madwar Malta u Għawdex. Perfetta għal dawk kollha li jużaw il-karozzi tal-linja kull tant żmien. Għandek bżonn tivvjaġġa bejn laqgħa u oħra, jew għal xi laqgħa? Dan hi l-card li għandek bżonn. Żommha qrib u aqbeż fuq l-ewwel karozza tal-linja.

Tista’ wkoll tuża din il-card għas-servizz ta’ billejl. Tista’ tużaha għal 12-il darba fi Vjaġġ Wieħed b’servizz ta’ binhar jew 6 darbiet fi Vjaġġ Wieħed b’servizz ta’ billejl, jew taħlita tat-tnejn. L-iskadenza ta din il-card huwa l-istess bhal ma hemm miktub fuq il-card.

Il-cards tagħna jistgħu jinxtraw mill-Uffiċċji tas-Sales and Information kollha tagħna u minn ħwienet ewlenin oħra, u jistgħu jintużaw mal-ewwel.

Agħfas hawn għal informazzjoni dwar minn fejn tista’ tixtri 12 Single Day Journeys Card.