Malta Public Transport

It-Tallinja App

Tallinja App

Il-Klijenti ta’ tallinja issa jistgħu jaċċessaw informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku billi jniżżlu l-app tallinja fuq mowbajls iPhone jew Android. L-app hija b’xejn.

Niżżel l-app minn hawn:

https://itunes.apple.com/mt/app/tallinja/id1074287322?mt=8 jekk iPhone 

https://play.google.com/store/apps/details?id=com.mpt.tallinjaapp jekk Android

Din l-app innovattiva hija pass importanti sabiex inkomplu ntejbu ll-esperjenza ġenerali tal-klienti tagħna. Investejna b’mob signifikanti f’teknoloġija ġdida li tgħidilna fejn ikunu l-karozzi tal-linja tagħna kull ħin.

Din l-app se ttejjeb l-esperjenza tas-servizz tat-trasport pubbliku. Tista tużaha biex issib l-iżjed waqfa viċin tiegħek. Filwaqt li ssir taf x’ħin se tasal il-karozza tal-linja matul servizz ta’ 30 minuta.

It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lil sistema. Is-sistema tikkumpara d-direzzjoni ta’ fejn il-karozza tal-linja ppjanata li tasal ul-ħin biex li tieħu biex tagħmel dan, fuq 2,000 waqfa differenti madwar Malta u Għawdex.

L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta’ registrazzjoni onlajn, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal-card, jittopjaw il-card u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u t-tranzazzjonijiet.

Li tippjana l-vjaġġ tiegħek b’tal-linja huwa iżjed faċli permezz ta’ din l-app il-ġdida. Il-waqfiet kollha huma identifikati fuq il-mappa, b’hekk wieħed jista’ jippjana l-vjaġġ tiegħu b’serħan il-moħħ.

Il-lista kompluta tal-funzjonijiet tal-app tinsab hawn taħt:

Tallinja On Demand

Tallinja On Demand huwa servizz ta’ trasport pubbliku operat minn Malta Public Transport. Tista' tibbukkja s-‘seat’ fuq waħda mill-karozzi tal-linja premium tagħna billi tuża l-APP ta' Tallinja billi tagħżel fejn u meta trid taqbad u tinsel minn Tallinja.

Favorites Icon

Issevja l-iżjed waqfiet (bus stops) li tuża. Din il-funzjoni tifrankalek ħafna ħin meta tkun qed tippjana l-vjaġġ tiegħek. 

More Icon

Uża din il-funzjoni biex tilloggja bil-kredenzjali personali tiegħek sabiex taċċessa funzjonijiet aktar avvanzati li jinkludu lista kompluta tal-ivjaġġar li tkun wettaqt. Tista' ukoll  tagħmel kuntatt magħna. Tista' tkun taf il-lista kompluta tal-ivjaġġar li tkun wettaqt permezz tat-tallinja card tiegħek flimkien mal-prezzjiet li tkun ħallast għal kull vjaġġ. Din il-funzjoni hija disponibbli biss meta tilloggja.

Journey PLanner

 Din il-funzjoni tgħinek tippjana fejn trid minn direzzjoni għal oħra bejn Malta u Għawdex. Funzjoni li hija bbażata fuq mappa. Tista' tagħżel bejn l-iqsar mixja, l-inqas waqfiet viċin tad-direzzjoni mixtieqa u l-aħjar rotta. 

B'din il-funzjoni tista' tikseb informazzjoni dwar x'ħin tasal il-karozza tal-linja fuq kwalunkwe waqfa. Din il-funzjoni tindika l-karozzi tal-linja kollha li se jkunu se jaslu fit-30 minuta li jkun imiss. Tista' issir taf fuq karozzi tal-linja oħra li jservu l-istess waqfa. Il-ħin huwa bbażżat fuq stima. 

Card icon

 B'din il-funzjoni tista', tqabbad it-tallinja card tiegħek kif ukoll il-karta tal-kreditu tiegħek. Barra minn hekk, tista' taċċessa l-bilanċ tat-tallinja card tiegħek.