|
Servizz Speċjali għall-Birgu Fest 2022 |
Malta Public Transport qed tħabbar servizz ta’ trasport speċjali li jopera minn u lejn il-Birgu waqt il-Birgu Fest annwali. Il-festival għandu l-għan li jenfasizza l-wirt storiku tal-belt filwaqt li jipprovdi divertiment mużikali u kulturali għall-gosti u l-etajiet kollha. |
06/10/2022 |
|
Azziz dwar is-Servizz ta' Trasport Pubbliku b’Xejn |
Mill-1 ta’ Ottubru 2022, ir-Rotot tal-Ġurnata, Rotot ta’ matul il-Lejl u Servizzi Speċjali offruti minn Malta Public Transport se jsiru mingħajr ħlas għal dawk kollha li għandhom Tallinja Card personalizzata. L-aġġornament se jkun qed iseħħ awtomatikament, madankollu, il-passiġġieri huma meħtieġa li jużaw it-Tallinja Card personalizzata tagħhom mal-magna tal-biljetti kull darba li jitilgħu fuq il-karozza tal-linja. |
20/09/2022 |
|
Żieda fil-frekwenza tar-rotot tal-karozzi tallinja waqt iż-żjara tal-Qdusija tiegħu l-Papa Franġisku |
|
29/03/2022 |
|
Malta Public Transport tħabbar bidliet fir-rotot t’Għawdex |
Malta Public Transport ħabbret tibdil temporanju fir-rotot t’Għawdex. Dan it-tibdil se japplika mill-Ħadd 09 ta’ Jannar sa ma jingħata avviż ieħor. |
07/01/2022 |
|
Bdil fl-iskeda tat-trasport pubbliku għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena 2021 |
Malta Public Transport tavża li nhar il-Milied, is-Sibt 25 ta’ Diċembru, u nhar l-Ewwel tas-Sena, is-Sibt 1 ta’ Jannar, ir-rotot kollha se jkunu qed joperaw fuq l-iskeda tal-Ħadd. |
21/12/2021 |
|
Aktar vjaġġi frekwenti minn Malta Public Transport |
Malta Public Transport tħabbar vjaġġi addizzjonali fuq numru ta’ rotot popolari kif ukoll għażla akbar ta’ vjaġġi bil-lejl (Night Route) u bis-servizz Tallinja Direct (TD). Riċerka mill-kumpanija tal-linja tindika li frekwenzi aktar spissi jagħmlu t-trasport pubbliku aktar attraenti, għalhekk il-vjaġġi l-ġodda huma maħsuba biex jinkoraġġixxu lil aktar persuni jużaw is-servizz. |
01/07/2021 |
|
L-iskeda tas-sajf tat-trasport pubbliku mill-Ħadd |
Malta Public Transport ħabbret l-iskeda ġdida għas-sajf li se tiġi fis-seħħ mit-13 ta’ Ġunju. Il-bidliet jaqdu aħjar il-ħtiġijiet tal-passiġġieri matul l-istaġun. |
11/06/2021 |
|
Rotta tal-linja ġdida b’konnessjoni mas-servizz tal-Fast Ferry bejn Malta u Għawdex |
Transport Malta varat żewġ rotot ġodda li joffru lill-passiġġieri tal-fast ferry vjaġġar faċli meta jaslu fit-terminal tal-Belt Valletta minn Għawdex. Rotta 300 titlaq mill-waqfa ġdida ta’ Lascaris kull 10 minuti mill-wasla tal-katamaran u sservi waqfiet qrib il-Junior College, l-Università, u l-isptar Mater Dei. Rotta X133 toffri servizz ta’ shuttle mingħajr ħlas bejn il-venda tal-Belt u t-terminal tal-fast ferry.
Iż-żewġ rotot daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Ġunju, 2021, u l-ħinijiet tagħhom jaqblu mal-iskeda tal-operaturi tal-fast ferry għall-konvenjenza tal-passiġġieri.
Għal rotta 300 japplikaw ir-rati regolari tat-trasport pubbliku, bit-tariffi orħos bħas-soltu għal min juża Tallinja Card. Intant, Rotta X300 miċ-Ċirkewwa lejn Mater Dei u l-Belt se titwaqqaf b’mod immedjat bl-introduzzjoni tas-servizz ġdid tal-fast ferry.
|
01/06/2021 |
|
Ħlas contactless fuq it-trasport pubbliku permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Malta Public Transport, Bank of Valletta, u Visa |
L-ivjaġġar f’Malta sar ferm aktar faċli għall-passiġġiera tal-karozza tal-linja issa li jistgħu jixtru l-biljetti tagħhom permezz tal-contactless cards maħruġa mill-bank, smart phones jew smart watches, hekk kif is-sistema tal-pagamenti contactless ġiet estiża fuq l-400 rotta ta’ Malta Public Transport. Għal ħafna bliet madwar id-dinja, il-ħlas contactless għat-trasport sar mezz essenzjali li joffri lill-passiġġiera sigurtà kemm għal waqt il-pandemija kif ukoll wara. Grazzi għall-pagamenti contactless, ir-residenti u turisti m’għandhomx iżjed għalfejn jaħsbu għall-flus kontanti jew jistennew fit-tul biex jixtru l-biljetti tagħhom. |
19/05/2021 |
|
Bdil fl-iskeda tal-linja għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena |
|
18/12/2020 |