Malta Public Transport

L-iskeda tas-sajf tat-trasport pubbliku mill-Ħadd

11/06/2021

Malta Public Transport ħabbret l-iskeda ġdida għas-sajf li se tiġi fis-seħħ mit-13 ta’ Ġunju. Il-bidliet jaqdu aħjar il-ħtiġijiet tal-passiġġieri matul l-istaġun. L-iskeda l-ġdida taffettwa lil dawn ir-rotot hawn taħt:

Tlett rotot se jiġu estiżi biex jilħqu bajjiet popolari:

  • Rotta 49 bejn il-Belt u l-Mellieħa se tiġi estiża għall-Armier u se tibda topera kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa.
  • Rotta 74 bejn il-Belt u ż-Żurrieq se tkun estiża għall-Blue Grotto.
  • Rotot 109 u 109A bejn is-Siġġiewi u l-Baħrija se jkunu estiżi sa Lapsi.

Seba’ rotot se jżidu l-frekwenza biex jaqdu domanda akbar:

  • Rotta 212 bejn Tas-Sliema u Buġibba se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta fl-aktar siegħat traffikużi matul tmiem il-ġimgħa bejn is-7:30 u t-20:00.
  • Rotta 221 bejn Buġibba u ċ-Ċirkewwa se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta fl-aktar siegħat traffikużi matul tmiem il-ġimgħa bejn is-7:30 u t-20:00.
  • Rotta 222 bejn Tas-Sliema u ċ-Ċirkewwa se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta fl-aktar siegħat traffikużi matul tmiem il-ġimgħa bejn is-7:30 u t-20:00.
  • Rotta 223 bejn Buġibba u Għajn Tuffieħa se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta inkluż fi tmiem il-ġimgħa.
  • Rotta 225 bejn Tas-Sliema u Għajn Tuffieħa se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta fil-ħinijiet l-aktar traffikużi bejn is-7:30 u t-20:00 kuljum inkluż fi tmiem il-ġimgħa.
  • Rotta 310 bejn ir-Rabat u Marsalforn se żżid il-frekwenza għal kull 30 minuta matul is-siegħat l-aktar traffikużi.
  • Rotta 80 bejn il-Belt u Birżebbuġa se tibda topera kull siegħa matul tmiem il-ġimgħa.

Tlitt rotot ġew imtejjba biex jipprovdu servizz aktar effiċjenti:

  • Rotta 72 bejn il-Belt u l-Qrendi se tibda titlaq b’intervall ta’ ħames minuti minn ma’ Rotta 71 bejn il-Belt u ż-Żurrieq.
  • Rotta 64 bejn il-Belt u Santa Venera se tibda topera vjaġġ ċirkolari mill-Imrieħel.
  • Rotta X4 bejn Birżebbuġa u l-Belt se tibdel l-aħħar vjaġġ ta’ matul il-ġimgħa għall-22:00 biex taqdi lil dawk li jispiċċaw mix-xogħol fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far aktar tard.

Bidliet oħrajn li jirriflettu l-għeluq tas-sena skolastika mill-1 ta’ Lulju:

  • Rotta 43 bejn il-Belt u n-Naxxar issa se tibda topera kull siegħa.
  • Rotta X1A bejn iċ-Ċirkewwa u l-Università ta’ Malta se tkun imwaqqfa.

Il-prezz tal-biljetti li jinxtraw fuq il-karozza tal-linja bi flus kontanti jew b’pagament contactless se jkun €2.00 filwaqt dawk li jħallsu permezz ta’ Tallinja Card se jibqgħu jgawdu minn rati mnaqqsa. Adulti, studenti, u residenti f’Għawdex iħallsu €0.75 waqt li tfal u persuni intitolati għal konċessjoni jħallsu €0.25. Limiti differenti japplikaw għal tipi differenti ta’ cards.

Back to service updates