Is-sigurtà hi fil-qalba ta’ kulma nagħmlu – mill-ispezzjonijiet tal-karozzi tal-linja u l-manutenzjoni, għas-sewqan ta’ kuljum tal-karozzi tal-linja tagħna.
L-impjegati kollha tagħna huma mħarrġa biex iħarsu s-sigurtà il-ħin kollu. Nimpjegaw aktar minn 1,000 sewwieq professjonali li jingħataw taħriġ rigoruż biex jiksbu Ċertifikat ta’ Kompetenza Professjonali Internazzjonali. B’aktar minn 5600 vjaġġ kuljum, is-sewwieqa tagħna huma mħarrġa biex jiċċekkjaw il-karozzi tagħhom kull filgħodu qabel ma jibdew s-servizz tagħhom.
Ninvestu f’karozzi tal-linja mgħammra bl-aħħar teknoloġija fil-qasam tas-sigurtà, inkluż speed limiters u ABS. Il-karozzi tagħna huma mgħammra b’sistemi ta’ komunikazzjoni hands-free biex is-sewwieqa jżommu kuntatt mas-central control room tagħna b’interferenza minima.
Il-karozzi tal-linja tagħna ssirilhom manutenzjoni u jiġu spezzjonati b’mod regolari min-nies imħarrġa apposta biex jiżguraw l-ogħla livelli ta’ sigurtà. L-ispezzjonijiet u l-manutenzjoni kollha jkunu rreġistrati u ċċekkjati biex tiġi żgurata l-konformità mal-proċeduri stabbiliti.
Il-karozzi tal-linja tagħna huma mgħammra b’first aid kits għal kwalunkwe emerġenza. Dawn jinżammu f’post immarkat ċar u aċċessibbli. Il-karozzi huma mgħammra wkoll b’sistemi ta’ CCTV kameras għal aktar sigurtà tal-impjegati u tal-passiġġieri tagħna.