Visiting Malta & Gozo - Malta Public Transport
Malta

Żur Malta

Malta hi destinazzjoni turistika popolari kif ukoll wieħed mill-aktar pajjiżi siguri biex tivvjaġġa u tgħix. Il-Maltin u l-Ingliż huma żewġ lingwi mitkellma ferm madwar il-gżira u dan jagħmilha tassew faċli tikkomunika u tivvjaġġa minn post għall-ieħor. Bil-klima sħuna, bosta spazji ta’ rikreazzjoni flimkien ma’ monumenti arkitettoniċi u storiċi uniċi, bla dubju hemm ħafna x’tara u x’tagħmel f’Malta u f’Għawdex.

In-network tar-rotot tal-karozzi tagħna jgħaqqad l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u l-Cruise Port maċ-ċentri l-kbar, destinazzjonijiet prinċipali u postijiet ta’ interess, u jopera kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dan in-network jipprovdi lill-viżitaturi mod irħis u effiċjenti biex igawdu minn dak kollu li għandhom x’joffru dawn il-gżejjer. Tista’ ssegwi l-links hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar ir-rotot li joperaw mill-Ajruport jew mill-Cruise Port:

Rotot tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
Rotot tal-Valletta Cruise Port

Filwaqt li l-biljetti jistgħu jinxtraw mingħand ix-xufiera tagħna fuq il-karozzi tal-linja kollha, noffru wkoll żewġ cards mfassla speċifikament għall-viżitaturi; l-Explore u t-12 Single Day Journey. Dawn jistgħu jintużaw minnufih, mingħajr ħtieġa li tirreġistra. Il-card 7-Day Explore tipprovdi vvjaġġar illimitat għal ġimgħa filwaqt li l-card 12 Single Day Journeys toffri flessibilità b’nollijiet imraħħsa. Il-validita' hi l-istess bhal ma hemm miktub fuq il-card. Dawn il-cards huma disponibbli mill-Uffiċċji tas-Sales and Information tagħna fl-Arrivals’ Lounge tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kif ukoll minn għadd ta’ ħwienet resellers tagħna mferrxa madwar Malta u f’Għawdex.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tivvjaġġa madwar Malta u Għawdex bil-karozzi tal-linja tagħna, tista’ tniżżel waħda mill-mapep tagħna hawn. Dawn il-mapep huma disponibbli wkoll mill-Uffiċċji Sales and Information Offices.

Jekk għandek il-ħsieb li tuża mobility scooter jew motorised scooter waqt iż-żjara tiegħek f’Malta, ikollok bżonn li dan jiġi ċċertifikat. Jekk jogħġbok agħfas hawn jew aqra l- Kundizzjonijiet tal-Ivvjaġġar tagħna għal aktar informazzjoni.

Tista’ wkoll tuża l-Journey Planner tagħna biex tippjana l-vjaġġ tiegħek, jew tara l-mapep dettaljati tar-rotot u informazzjoni tal-iskedi billi tagħfas hawn

Żur Għawdex

Malta u Għawdex huma magħquda permezz ta’ vapur tal-passiġġieri u tal-vetturi li jopera kuljum bejn iċ-Ċirkewwa f’Malta u l-Imġarr f’Għawdex. Noperaw numru ta’ rotot lejn iċ-Ċirkewwa minn bosta bliet u rħula madwar il-gżira u mill-Imġarr Għawdex lejn irħula oħra f’Għawdex.

Miċ-Ċirkewwa l-Gozo Channel jopera vapuri lejn Għawdex kuljum. Aktar informazzjoni dwar dan is-servizz tista’ tinkiseb mis-sit tal-Gozo Channel Company Limited.

Is-servizz tal-karozzi tal-linja f’Għawdex hi mħaddma wkoll mill-Malta Public Transport u l-passiġġieri li jżuru din l-gżira jistgħu jivvjaġġaw billi jużaw l-istess cards u l-biljetti tal-karozzi tal-linja użati f’Malta. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rotot f’Għawdex agħfas .