Malta Public Transport

Programm ta’ Kwalità

Malta Public Transport huwa l-operatur nazzjonali responsabbli mill-operat tas-servizzi ta’ trasport pubbliku b’tal-linja fil-gżejjer Maltin. Il-viżjoni tagħna hija li nkunu l-għażla naturali ta’ dawk li jridu jivvjaġġaw f’Malta b’mod faċli billi nipprovdu servizz eċċellenti.

Il-Programm ta’ Kwalità maħruġa mit-tmexxija ta’ Malta Public Transport hija parti mill-programm ġenerali tal-kumpanija u taqbel mal-viżjoni tagħna.

L-impenn tagħna huwa għal dan li ġej:

  • Is-sigurtà ta’ kulħadd hija fuq quddiem nett ta’ dak kollu li nagħmlu. Din hija l-prijorità tagħna.
  • Aħna nirsistu kontinwament għall-eċċellenza. Irridu noffru servizz li l-klijenti tagħna jistgħu jafdaw u jserrħu fuqu. Aħna jinteressana mill-klijenti tagħna u nagħmlu minn kollox biex inkunu dejjem aħjar u nipprovdu l-aqwa esperjenza possibbli.
  • In-nies tagħna huma l-aktar riżorsa importanti għalina. Aħna kburin li naħdmu flimkien u naffaċjaw l-isfidi flimkien. Aħna nafdaw u nisimgħu lil xulxin. Aħna nagħtu lil xulxin l-opportunità li neċċellaw f’dak kollu li nagħmlu. Is-suċċess ta’ kull wieħed u waħda minna huwa s-suċċess ta’ kullħadd.
  • Aħna mmexxu bl-eżempju. Nagħtu każ l-ambjent, is-sigurtà fit-toroq u l-kwalità tal-ħajja tal-pubbliku. Aħna nappoġġjaw il-komunità u nibnu relazzjonijiet b’saħħithom man-nies tal-lokal.
  • Aħna nkomplu ntejbu s-servizzi tagħna billi nosservaw l-oġġettivi u l-miri stabbiliti mill-kumpanija.
  • Aħna nwettqu s-servizzi skont l-obbligazzjonijiet legali u kontrattwali.
  • Aħna nimmassimizzaw l-esperjenza internazzjonali tagħna u nadattawha għall-kuntest lokali li noperaw fih.
  • Aħna nibnu ambjent tax-xogħol pożittiv, miftuħ u sigur li jirrispetta u jafferma d-diversità u l-personalità li ġġib magħha kull persuna.
  • Aħna nwaqqfu s-servizzi ta’ informazzjoni meħtieġa biex nassiguraw komunikazzjoni interna u esterna effettiva.
  • Aħna għandna flotta ta’ vetturi sigura u affidabbli li hija xierqa ekoloġikament, komda u aċċessibbli għal kulħadd.