Tallinja Card - Malta Public Transport

Personalised Tallinja Card

Il-Card tat-transport personalizzata tiegħek

It-Tallinja Card hi card tal-karozzi tal-linja intelliġenti, imfassla biex tagħmililek aktar faċli tuża l-karozza tal-linja. Din il-card hi personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha, u tkun tista’ żżid il-kreditu fiha b’mod faċli onlajn, bit-telefown, mill-ħwienet tagħna jew minn kwalunkwe fergħa tal-MaltaPost. Il-kreditu tiegħek ma jiskadix.

B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2022, id-detenturi ta’ Tallinja Card personalizzata jistgħu jivvjaġġaw b’xejn fuq Rotot ta’ Binhar (Day), Rotot ta’ Lejl (Night) u Servizzi Speċjali. Ir-rotot Tallinja Direct (TD) mhumiex b’xejn u se japplika noll skont il-card użata. In-noll se jitnaqqas mill-bilanċ tal-card meta dan jiġi validat mill-magna tal-biljetti/reader ħdejn ix-xufier tal-karozza tal-linja.

Kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja il-klijent irid jivvalida it-Tallinja Card tiegħu jew tagħha mal-magna tal-biljetti/reader fuq il-karozza tal-linja. Il-passiġġieri jridu jivvalidaw it-Tallinja Card ma’ kull vjaġġ li jagħmlu minkejja li s-servizz jista’ jkun b’xejn.

Hemm Tallinja Cards u nollijiet differenti għat-TfalStudentiAdultipersuni bil-Kartanzjanbi Special ID Card, u Residenti f’Għawdex.

It-Tallinja Card ma tistax tintuża minn ħadd ieħor għajr il-persuna li fuqa hu jew hi rreġistrata.

Ix-xufiera tal-linja u l-ispetturi jirriżervaw id-dritt li jitolbuk li turi t-Tallinja Card tiegħek sabiex ikunu jistgħu jiġu vverifikati. Tapplika penali ta’ €50 jekk xi ħadd juża card li mhix tagħhom.

Tallinja Card Adult

Adulti

Tallinja Card Child

Tfal

STUDENT

RESIDENTI F’GĦAWDEX

KONĊESSJONI

Tariffi tar-reġistrazzjoni u tal-posta japplikaw. Soġġetti għal Termini u Kondizzjonijiet u għar-Regolamenti dwar is-Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri (SL.499.56)

Irreġistra għat-Tallinja Card tiegħek billi tagħfas hawn.

Tirreġistra għat-Tallinja Card tiegħek

Faċli tirreġistra għat-Tallinja Card tiegħek u tista’ tagħmel dan b’wieħed miż-żewġ metodi li ġejjin. Int ġentilment mitlub tipprovdi l-indirizz elettroniku u/jew in-numru tal-mowbajl li se jintużaw minna biex nikkomunikaw miegħek.

Billi ssegwi l-istruzzjonijiet tkun żgur li r-reġistrazzjoni tiegħek se tiġi pproċessata b’mod effiċjenti, mingħajr ebda dewmien. Nimpenjaw ruħna li l-card tintbagħatlek fi żmien ġimagħtejn mir-reġistrazzjoni.

  • Online: Agħfas hawn, segwi l-istruzzjonijiet sempliċi u imla d-dettalji meħtieġa. Xi dettalji huma obbligatorji għalhekk iridu jimtlew.

    Jekk għandek ID Card Maltija u tagħżel li tagħtina n-numru tad-dokument tal-e-ID Card tiegħek, ikun possibbli li nieħdu r-ritratt min-National Identity Database Management System jew mill-Car Licensing Database. Dan jiffaċilita l-ipproċessar tal-card tiegħek u jagħmlu l-proċess wieħed aktar mgħaġġel.

    F’każ li għandek kwalunkwe dokument ta’ identità ieħor, se tintalab ittella’ ritratt tiegħek u kopja tad-dokument tiegħek.

    Il-ħlas ta' reġistrazzjoni għal cards tal-Adulti / Studenti u Għawdxin huwa €25. Għal cards tat-Tfal u Konċessjoni, il-ħlas ta' reġistrazzjoni huwa €5. Barra mill-ħlas ta’ reġistrazzjoni, japplikaw ukoll miżati ghal posta rreġistrata.
  • Minn wieħed mill-Uffiċċji tas-Sales and Information: Tista’ tniżżel formola hawn. Jekk jogħġbok imla l-formola tal-applikazzjoni u pprovdi d-dokumenti kollha kif imniżżel fuq in-naħa ta’ wara tal-formola ta’ applikazzjoni u rritorna l-applikazzjoni mimlija f’wieħed mill-uffiċċji tas-Sales and Information tagħna. Se tkun qed tingħata wkoll irċevuta ladarba tirritorna l-applikazzjoni

Mit-22 ta’ Jannar 2024 sad-29 ta’ Frar 2024, l-applikazzjonijiet kollha għat-Tallinja Card permezz tal-websajt jew Maltapost huma eżentati mit-tariffa ta’ reġistrazzjoni. It-tariffa postali applikabbli se tibqa' l-istess.

Hu importanti li taqra u tosserva l-istruzzjonijiet li jinsabu fuq il-formola tal-applikazzjoni. Ir-reġistrazzjoni għat-Tallinja Card tiegħek tista' ssir biss online. 

Kif tuża t-Tallinja Card

Malli tirċievi t-Tallinja Card tiegħek tkun tista’ tagħmel top up b’aktar kreditu għall-vjaġġi fuq is-servizz tal-karozzi tal-linja tagħna. Għall-istruzzjonijiet dwar kif tista’ tagħmel top up agħfas hawn. Dan jista’ jsir permezz tal-għażliet li ġejjin:

  • Billi żżur top up u tħallas bi Credit/Debit Card jew top up voucher
  • Billi tixtri top up voucher minn wieħed mill-bosta ħwienet u tittoppja bit-telefown tiegħek
  • Billi żżur xi fergħa tal-MaltaPost u tittoppja bi flus kontanti
  • Billi żżur xi wieħed mill-ħwienet tagħna u tittoppja bi Credit/Debit Card


Meta tittoppja kun żgur li ddaħħal in-numru tal-klijent korrett. Jekk isir żball u ddaħħal in-numru ta’ klijent ieħor minflok tiegħek, aħna mhux responsabbli għal kwalunkwe rifużjoni.

Meta titla’ fuq karozza tal-linja żomm it-Tallinja Card tiegħek qrib u għaddiha minn fuq il-magna tal-biljetti ħdejn ix-xufier. Meta tagħmel hekk, kun żgur li l-bozza tixgħel aħdar u li tisma’ ħoss. Dan ifisser li l-card tkun ġiet validata u aċċettata u tista’ tkompli timxi lejn in-naħa ta’ wara tal-karozza u ssib post.

F’każ li l-bozza tixgħel aħmar u tisma’ ħoss differenti jkun ifisser li l-card ma ġietx aċċettata jew validata, b’hekk ikollok tixtri biljett biex titla’ fil-karozza. Jekk tonqos milli tivvalida l-card jew milli jkollok biljett validu, tista’ ġġarrab penali.

Meta tivvalida l-card tiegħek, in-noll imnaqqas mill-kreditu tiegħek jiddependi fuq numru ta’ fatturi, l-aktar wieħed ewlieni hu dak tat-tip ta’ card li għandek, jekk hux Adult, Concession, Student jew xi tip ieħor u x’tip ta’ servizz qiegħed tuża’ (eż. Servizzi Speċjali jew Tallinja Direct).

B’effett mill-1 ta’ Ottubru 2022, id-detenturi ta’ Tallinja Card personalizzata jistgħu jivvjaġġaw b’xejn fuq Rotot ta’ Binhar, Rotot ta’ Lejl u Servizzi Speċjali. Ir-rotot Tallinja Direct (TD) mhumiex bla ħlas. Meta tivvalida l-card tiegħek, se jitnaqqas nol għas-servizzi ta’ Tallinja Direct (TD).

It-Tallinja Card tista’ tintuża wkoll fuq servizzi oħra minbarra l-karozza tal-linja fosthom il-Valletta Ferry Services li tgħaqqad il-Belt Valletta mat-Tliet Ibliet u Tas-Sliema, u hi mingħajr ħlas meta tuża l-card biex tivvjaġġa. It-Tallinja Card tista’ tintuża wkoll biex taċċessa s-servizzi tal-Barrakka Lift u Tallinja Bike li għalihom it-tnejn japplikaw nollijiet skont it-Tallinja Card użata.