Malta Bus Journey Planner - Malta Public Transport

Ippjana l-Vjaġġ

Il-Journey Planner tagħna jgħidlek kif tasal bil-karozza tal-linja fi kwalunkwe destinazzjoni minn kullimkien f’Malta u f’Għawdex. Din is-sistema se tagħtik ukoll informazzjoni dwar liema hi l-eqreb waqfa, ir-rotot differenti li tista’ tieħu biex tasal fid-destinazzjoni tiegħek u l-ħin li fih jgħaddu l-karozzi tal-linja mill-eqreb waqfa tiegħek. Il-Journey Planner hu faċli biex tużah u hu bbażat fuq Google Maps.

L-ewwel daħħal it-tluq u d-destinazzjoni tal-vjaġġ tiegħek. Tista’ tuża l-ismijiet tal-lokalità, l-ismijiet tat-toroq jew l-ismijiet tal-waqfiet. L-isem u n-numru tal-waqfa huma uniċi għal kull waħda u jinstabu fuq it-tabella ta’ kull waqfa. L-ismijiet jidhru wkoll fuq Google Maps u fuq il-Journey Planner biex issib l-eqreb waqfa. Imbagħad daħħal il-ħin li qed tippjana li se tivvjaġġa fih jew agħżel “Ivvjaġġa Issa”.

Ladarba tagħfas “Fittex”, il-Journey Planner jurik numru ta’ rotot issuġġeriti skont il-ħin tal-vjaġġ li għażilt. Kull rotta ssuġġerita se tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa, fosthom, in-numru tar-rotta, il-ħin tal-vjaġġ, l-interchange points u mappa.

F’dan il-punt tista’ tagħżel bejn “L-Iqsar Mixja”, “L-Iqsar Vjaġġ” jew “L-Aqwa Rotta”.

Ladarba tagħfas l-għażla ppreferuta tiegħek, tista’ tagħżel “Direzzjonijiet” u tkun tista’ tara aktar dettalji dwar ir-rotta magħżula.


DIREZZJONIJIET

Minn
Sa

Għafas hawn għal informazzjoni ddettaljata