Our Commitment - Malta Public Transport
Our Commitment

L-Impenn Tagħna

Bdejna l-operat tagħna fl-2015. Minn dak iż-żmien ’l hawn investejna biex immodernizzajna l-flotta tagħna u għamilnieha aktar sigura, aktar nadifa, u aktar komda. Diġa investejna f’420 karozza tal-linja b’teknoloġija Euro 6. Dan hu sinjal ċar tal-impenn tagħna biex intejbu l-esperjenza ġenerali ta’ min juża s-servizz ta’ tal-linja.

Il-karozzi tal-linja tagħna jiġu mnaddfa u ssirilhom manutenzjoni regolarment u huma mgħammra b’sistemi ta’ arja kondizzjonata għal aktar kumdità. Barra minn hekk, il-vetturi l-ġodda tagħna kollha għandhom żewġ bibien li jiffaċilitaw it-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri.

Ninsabu fuq quddiem fejn jidħlu soluzzjonijiet innovattivi għall-biljetti. Fl-2015 investejna f’sistema ġdida tal- biljetti u nidejna card ġdida – it-tallinja card. Aktar min-nofs il-popolazzjoni Maltija kellha tallinja card personalizzata li wassal biex aktar minn 85 % tal-passiġġieri tagħna jibdew jużaw din il-card meta jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja. Din kienet kisba kbira għall-pajjiż għaliex waslet biex biddlet il-mod ta’ kif in-nies jixtru l-biljetti tal-ivvjaġġar fuq tal-linja.

Fl-2016, nedejna t-tallinja app, li tagħti informazzjoni reali tal-ħinijiet li fihom ser jaslu l-karozzi tal-linja. B'aktar minn 30,000 download f'30 ġurnata, il-klijenti qed isibu din l-app utli ħafna peress illi jistgħu jutilizzaw il-ħin tagħhom aħjar mingħajr ma jistennew fuq il-waqfa.

Ir-rotot, il-frekwenzi u n-nollijiet tagħna huma regolati mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta. Matul l-2015 wettaqna bidla kbira għan-network tar-rotot tagħna li tfasslet wara konsultazzjoni pubblika estensiva li ġiet mwettqa mill-gvern. In-network tagħna issa tinkludi ’l fuq minn 2,000 waqfa madwar kważi kull lokalità u dan jippermettilna noffru mod faċli ta’ vjaġġar madwar il-gżejjer.