Tista’ tirreklama ma’ Malta Public Transport b’għażla ta’ reklami fuq ġewwa u fuq barra tal-karozzi tal-linja.
Reklamar estern fuq il-vetturi jinkludi:
- Dawra sħiħa ta’ karozza tal-linja
- Ġenb wieħed sħiħ
- Wara tal-karozza tal-linja sħiħ
- Faxx fuq il-ġenb
- Faxx fuq wara
Soluzzjonijiet oħra jinkludu:
- Gwarniċi (Interni): Aktar minn nofs il-flotta tal-karozzi tal-linja hija mgħammra bi gwarniċi li jistgħu jinkrew bil-waħda jew par flimkien. Karozza tal-linja jkollha bejn tmien u tnax-il gwarniċ disponibbli għar-reklami.
- Hand Grip (Interni): Aktar minn nofs il-flotta għanda bejn 20 u 24 qabda biex iżommu magħhom il-passiġġiera u li jistgħu jintużaw għal reklamar.
- Spazju fuq skedi (Esterni): Hemm aktar minn 500 spazju fuq skedi tal-ħinijiet tal-linja mifruxin f’lokalitajiet differenti. Dawn huma disponibbli b’ordni minima ta’ 10.
Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 9971 9444.