Malta Public Transport
Tallinja Bike

Tallinja Bike

Tallinja Bike

Tallinja Bike hija sistema ta’ roti li jistgħu jissellfu (bike-sharing) u topera f'Malta u Għawdex.

Is-servizz huwa mod alternattiv ta’ trasport fejn dak li jkun jista’ jissellef rota minn fuq stazzjon apposta u jsuq biha sa stazzjon ieħor ta’ Tallinja Bike.

Is-sistema hija ideali kemm għal turisti li jixtiequ jesploraw kif ukoll għal dawk li jidħlu il-Belt spiss għax l-istazzjonijiet jinsabu f’punti strateġiċi u jgħaqqdu faċilment kemm mal-venda tat-trasport pubbliku kif ukoll max-xatt minn fejn jitilqu il-laneċ fuq iż-żewġ naħat tal-Belt. Fost il-benefiċċji ta’ Tallinja Bike hemm:

Tiffranka l-ħin

Ir-rota hija ferm aktar veloċi mill-mixi u jekk ma tixtieqx taqdef, tista’ wkoll tattiva il-mutur elettriku biex jgħinek tul il-vjaġġ. Is-sistema tagħmilha faċli mmens biex tiġbor rota minn stazzjon u terġa’ tpoġġieha f’ ieħor viċin id-destinazzjoni tiegħek.

Tiffranka l-flus

Tista’ tikri Tallinja Bike għal €3 biss u, jekk tuża it-Tallinja Card, tibbenefika wkoll minn roħs fuq it-tariffa. Il-ħlas isir biss għall-ħin li fih tkun qed tuża r-rota. Meta twassal ir-rota fl-istazzjon tagħha, jieqfu immedjatament it-tariffi.

Aktar ekoloġiku

Meta tirkeb rota minflok issuq tkun qed tgħin biex tnaqqas it-tniġġis fl-arja. Hija inizjattiva ċkejkna, iżda kull qatra tgħodd!

Tagħmel eżerċizzju

Ir-rota – tkun kemm tkun id-distanza – tagħmel tajjeb lil kulħadd. Jekk ma ssibx ħin tagħmel ftit eżerċizzju fiżiku kuljum, Tallinja Bike tista’ tkun id-doża ta’ eżerċizzju tiegħek. Ma ninsewx li l-eżerċizzju jnaqqas l-istress, u jagħtik enerġija ġdida qabel tibda l-ġurnata tax-xogħol.

Pjaċevoli

Daħħal ftit divertiment fil-ġurnata tiegħek. Ir-rota taf tkun xi ħaġa ġdida li tiskopri.

B’kollox hemm 9 stazzjonijiet f'Malta u 2 stazzjonijiet f'Għawdex, qrib ta’ siti storiċi, mużewijiet, kafetteriji u ristoranti. Tnejn mill-istazzjonijiet jinsabu fejn jaslu il-laneċ tal-Belt u joffru konnessjoni faċli għall-bqija tal-gżira.

Kif taħdem

Kemm tiswa

Stazzjonijiet