Malta Public Transport
Tallinja Bike

Stazzjonijiet

Hemm tmien stazzjonijiet minn fejn tista’ tirkeb Tallinja Bike madwar il-Belt. Dawn jinsabu kollha viċin siti storiċi, mużewijiet, ristoranti, kafetteriji, u l-laneċ tal-Belt.

        1. Venda tal-Belt

Il-Venda tal-Belt tinsab eżattament barra d-daħla tal-Belt, fuq ix-xellug tal-funtana tat-Tritoni. Jekk tkun dieħel il-Belt permezz tal-baħar minn tas-Sliema, din taf ma tkunx l-ewwel waqfa tiegħek imma għall-vjaġġ lura, tista’ tħalli r-rota tiegħek fl-istazzjon viċin. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

2. Forti Sant'Iermu

Din tinsab barra l-Forti storika ta’ Sant’Iermu. Kif tkun hawn tista’ żżur ukoll il-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra. Minn Sant’Iermu tista’ ssuq sal-Lift tal-Barrakka u tasal fil-qalba tal-Belt. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

       3. Il-Lift tal-Barrakka

Stazzjon ieħor jinsab ħdajn il-Lift tal-Barrakka, ħdejn il-Ġnien tal-Barrakka ta’ Fuq li joffri veduta panoramika tal-Port il-Kbir. Jekk tieħu il-lift ‘l isfel tiġi ħdejn il-kwartieri storiċi ta’ Lascaris inkella tibqa’ sejjer lejn il-Valletta Waterfront fejn issib numru ta’ ristoranti u kafetteriji. Jekk minn hawn tkun sejjer lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta, tista’ twaqqaf ir-rota fl-istazzjon qrib ix-xatt u tieħu l-lanċa lejn il-Birgu. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

       4. Valletta Waterfront

Il-Valletta Waterfront jagħti ħarsa unika fuq il-Port il-Kbir. Żviluppata tul dsatax-il maħżen ta’ mibnija mill-Gran Mastru Pinto 250 sena ilu, il-Valletta Waterfront toffri esperjenza varjata bi ħwienet, ristoranti u attivitajiet. Minn hawn tista’ titla’ bir-rota lejn il-Venda biex tkompli tiskopri l-Belt. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

       5. Park & Ride tal-Floriana

Min jippreferi ma jidħolx bil-karozza l-Belt, jista’ jieqaf fil-Park & Ride tal-Florjana u jirkeb Tallinja Bike minn hemm. Dan huwa vjaġġ qasir u pjaċevoli lejn kull stazzjon ieħor. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

       6. Marsamxett

Jekk Sant’Iermu hija l-aħħar waqfa tiegħek fil-Belt, tista’ tirritorna r-rota fl-istazzjon ta’ Marsamxett. Minn hawn tista’ taqsam lejn Tas-Sliema bil-lanċa. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

       7. Park & Ride ta’ Pembroke

Il-Park & Ride ta’ Pembroke hija waqfa konvenjenti jekk trid tasal f’destinazzjoni fil-qrib. Permezz ta’ Tallinja Bike tista’ tevita t-traffiku u tipparkja b’mod faċli fejn għandek bżonn. Din hija d-dehra tal-istazzjon mit-triq.

       8. Università ta’ Malta

Trid tivjaġġa malajr madwar l-Università u tasal fil-ħin għal-lezzjoni li jmiss? Tista’ tuża Tallinja Bike. L-istazzjon jinsab ħdejn il-Quadrangle.

       9. Bombi Bus Interchange

          Dan huwa wieħed mill- bus stops l-aktar popolari f'Malta. Għafas hawn biex tara fejn jinsab l-istazzjon.

       10. Mġarr - Gozo

          L-ewwel stazzjon ta' Tallinja Bike f'Għawdex jinsab fl-Imġarr eżatt barra l-Gozo Channel Ferry. Għafas hawn biex tara fejn jinsab l-istazzjon.

       11. Victoria - Gozo

          It-tieni stazzjon ta' Tallinja Bike f'Għawdex jinsab ir-Rabat eżatt ħdejn il-Victoria Terminus. Għafas hawn biex tara fejn jinsab l-istazzjon.