Malta Public Transport
Tallinja Bike

Kif Taħdem

Tallinja Bike hija tassew sempliċi biex tużaha, tant sempliċi li nistgħu nispjegaw il-proċess f’erba’ passi:

1 Ingħaqad
2 Attiva
3 Irkeb
4 Irritorna

Qabel tibda tuża Tallinja Bike għandek bżonn tirreġistra fuq is-sistema installata mal-istazzjon minn fejn jinġabru r-roti (totem). Id-dettalji tiegħek jiqgħu salvati u d-darba li jmiss għandek bżonn biss terġa’ tidħol fir-reġistrazzjoni tiegħek. Ladarba taċċessa s-sistema, din se turik liema rota hija disponibbli biex tuża, skont in-numru li jidher. Tista’ tuża r-rota fil-Belt u l-madwar, u tista’ tieqaf fi kwalunkwe mit-tmin stazzjonijiet bejn vjaġġ u ieħor. Malli traġġa’ r-rota lura fl-istazzjon tagħha, jieqfu t-tariffi; inti tħallas biss tal-ħin li tqatta’ ssuq.

  1. Ingħaqad – Reġistrazzjoni 

    Qabel tissellef rota, trid tirreġistra għas-servizz ta’ Tallinja Bike.

    Il-klijenti kollha huma mitluba d-dettalji tal-credit card tagħhom, għax il-ħlas isir wara li l-vjaġġ ikun ġie fi tmiemu.

    Verifika: Is-sistema tieħu €1 mill-card tal-bank biex tiżgura li din hija valida. Dan l-ammont jerġa’ jiġi mogħti lura lill-klijent awtomatikament.

    Siġurtà: Dan il-proċess isir biex biex jiġi assigurat li d-dettalji tal-card użati jkunu jappartjenu tassew għall-klijent.

  2. Attiva

    Wara li tkun irreġistrajt jew erġajt dħalt fis-sistema, tiġi mitlub tagħżel in-numru ta’ roti li se tuża. Is-sistema imbagħad turik liema roti tista’ tuża immedjatament.

  3. Irkeb

    Malli toħroġ ir-rota mill-istazzjon tagħha, tista’ tuża fejn trid madwar il-Belt. Importanti li tieħu lura r-rota f’wieħed mill-istazzjonijiet meta ma tkunx qed tużaha, inkella r-rati jibqgħu japplikaw. Biex tara fejn jinsabu l-istazzjonijiet tista’ tagħfas hawn.

  4. Irritorna

    Ladarba tkun lest mill-vjaġġ tiegħek fuq Tallinja Bike, wassal ir-rota lura fi stazzjon. Sakemm ir-rota tkun għada mhix marbuta f’postha, tibqa’ tapplika r-rata tal-kirja normali. Is-self għandu limitu ta’ 24 siegħa, jekk ma tirritornax ir-rota fi żmien 24 siegħa, japplikaw penali.