Malta Public Transport
Tallinja Bike

Mistoqsijiet Komuni

1. X’inhi Tallinja Bike?

Tallinja Bike hija sistema ta’ self ta’ rota.

2. Għal min hija Tallinja Bike?

Tallinja Bike hija maħsuba kemm għal turisti kif ukoll għal residenti li jixtiequ jużaw mezz alternattiv ta’ trasport.

3. Fejn nista’ mmur b’Tallinja Bike?

Tista’ ssuq kullimkien.

4. Jeżisti App?

Iva hemm App, għal aktar informazzjoni ara hawn.

5. Kif nuża Tallinja Bike?

Għal gwida sħiħa dwar kif tuża Tallinja Bike, żur din il-paġna.

6. Kemm irid ikolli żmien biex nuża Tallinja Bike?

Irid ikollok minn tmintax-il sena ‘il fuq biex tuża s-servizz. Il-kumpanija ma tieħux responsabbiltà għal inċidenti li jkunu jinvolvu persuni ta’ età iżgħar.

7. Nista’ nirriżerva rota?

Le, ir-rota jiġu mikrija on-demand – skont min jasal l-ewwel.

8. Kemm huma r-rati?

Għad-dettalji dwar il-ħlas, żur din il-paġna.

9. X’jiġri jekk ma jkunx hemm roti disponibbli fl-istazzjoni?

Minn fuq is-sistema installata fuq kull stazzjoni (totem) u minn fuq il- Meep App, tkun tista’ tiċċekkja fejn hemm l-eqreb roti disponibbli. Żomm f’moħħok li din mhix garanzija li se ssib rota malli tasal fl-istazzjoni il-ġdid.

10. X’jiġri jekk inkun irrid nirritorna rota u l-istazzjon ikun mimli?

Jekk l-istazzjon ikun mimli, tkun trid torbot ir-rota fi stazzjon ieħor.

11. X’jiġi jekk tiġri ħsara fir-rota waqt li tkun qed tintuża?

Tista’ tirrapporta l-ħsara malli tasal fl-istazzjoni billi ddaħħal id-dettalji fis-sistema.

12. Hemm skontijiet għal gruppi kbar jew għal użu fit-tul?

Ma japplikawx skontijiet.

13. Ir-roti għandhom katnazz?

Ir-roti jintrabtu biss meta jitqiegħdu fil-post tagħhom fl-istazzjon.

14. X’jiġri jekk tinsteraq rota?

Rota ma tistax tinsteraq sakemm ma titħalliex barra mill-istazzjonijiet. F’każ li tiġi misruqa waqt li tkun qed tintuża minnek, għandek tagħmel rapport fl-eqreb għassa u tikkuntattja s-servizz tal-klijent tagħna għal aktar għajnuna.

15. Hemm xi regoli tat-traffiku speċjali?

Il-Klijenti jridu jobdu r-regoli tat-traffiku normali meta jkunu qed jużaw is-servizz.

16. Nista’ nirritorna r-rota qabel il-ħin stabbilit?

M’hemm l-ebda limitu ta’ ħin, basta ma jinqabżux 24 siegħa.

17. Nista’ nsuq rota b’żewġ persuni?

Le. Jista’ jsuq ir-rota biss min jirreġistra għaliha.

18. Ir-roti għandhom dwal?

M’hemmx dwal fuq ir-roti.

19. Tipprovdu mapep?

Tista’ taċċessa mappa online inkella mill-uffiċji ta’ Malta Public Transport.

20. Fejn nista’ nħalli r-rota?

Ir-roti jistgħu jitħallew biss fl-istazzjonijiet ta’ Tallinja Bike. Multa ta' EUR50 tapplika għal klijenti li ma jieħdux ir-rota f’waħda mill-istands tat-Tallinja Bike pprovduti fit-tmiem tal-użu.

21. X’jiġi jekk Tallinja Bike ikollha rota mniżżla jew tinkiser?

Ħu ir-rota sal-eqreb stazzjon u orbotha. Imbagħad ikkuntattja lis-servizz tal-klijent fuq 20958855 mit-Tnejn sal-Ħadd bejn is-7:00am u s-7:00pm.

22. L-emlu huwa mandatorju?

Le, iżda huwa rakkomandat għas-sigurtà tiegħek.

23. Tipprovdu elmu?

Tista’ tixtri elmu mill-uffiċini ta’ Malta Public Transport għall-prezz ta’ €30.

24. X’tgħid il-liġi dwar iPods u ċellulari fuq ir-rota?

Aħna nissuġgerixxu li ssuq bil-galbu f’kull ħin u ssegwi r-regoli tat-traffiku. Ninkoraġixxu wkoll l-użu tal-elmu.

25. Kemm tiżen Tallina Bike?

Ir-roti għandhom l-istess piż ta’ rota normali.

26. Ir-roti huma elettriċi?

Iva, iżda jistgħu jintużaw ukoll b’mod manwali.

27. Il-kreditu tiegħi jista’ jiskadi?

M’hemm l-ebda kreditu, il-ħlas isir skont l-użu tiegħek.

28. Nista’ nieħu r-rota barra ż-żona tal-istazzjonijiet?

Iva, iżda r-roti jridu jintużaw fil-Belt u l-madwar u għandhom jiġu ritornati fi żmien 24 siegħa.

29. Nista’ nissellef aktar minn rota waħda?

Iva tista’. Madankollu, jekk għandkhom Explore Card, l-iskont japplika biss fuq rota waħda.

30. Għal kemm nista’ nissellef ir-rota?

Sa massimu ta’ 24 siegħa.

31. X’nagħmel jekk ma nkunx qed inħossni f’sikti?

Irritorna r-rota fuq l-eqreb stazzjoni u ikkuntattja is-servizz tal-klijent fuq 20958855 jekk tkun teħtieġ assistenza.

32. Ir-roti huma siguri?

Iva, ir-roti ta’ Tallinja Bike huma ta’ kwalità u manifatturati biex jiżguraw is-sigurtà ta’ min jużahom. Għal aktar sigurtà, nirrikkmandaw l-użu tal-elmu u r-rispett għar-regoli tat-traffiku.

33. X’tip ta’ informazzjoni tiġġenera s-sistema, u min jista’ jaċċessaha?

Is-sistema tiġġenera informazzjoni dwar il-persun biex tkun tista’ tiftaħ kont għas-servizz. Il-persuni li jaħdmu fis-servizz tal-klijent u fid0dipartiment tal-IT huma l-uniċi ħaddiema li għandhom aċċess għad-dettalji. Is-sigurtà tal-informazzjoni hija prijorità għalina u nieħdu kull miżura biex nassiguraw sigurtà sħiħa.

34. Hemm rata ta’ sħubija?

Dawk li għandhom Tallinja Card personalizzata jgawdu minn rati aħjar waqt li jkunu jistgħu jaraw il-vjaġġi li jkunu għamlu. Il-klijenti għandhom jirreġistraw għal abbonament ta sena li jiswa €80 inkella ta’ 3 xhur li jiswa €25. 

35. Hemm rati mnaqqsa għall-istudenti?

M’hemmx rati speċjali għal min huwa student.