Il-Valletta Ferry Services u l-Malta Public Transport nedew servizz ġdid fejn kull min għandu t-tallinja card jista’ jieħu vantaġġ minn prezzijiet orħos meta jħallas bil-card tiegħu għal vjaġġ fuq il-Valletta Ferry Services.
Aktar minn 270,000 detentur tat-tallinja card jista’ issa jitla fuq il-lanċa u jgawdi għadd ta' benefiċċji li qabel kienu biss jiffaċilitaw l-esperjenza tal-klijent fuq il-karozza tal-linja. Dawn jinkludu ħin tal-imbarkazzjoni iqsar, il-konvenjenza li ma jkollokx għalfejn iġġorr flus kontanti għall-biljetti u, aktar importanti, nollijiet orħos. Fil-fatt, id-detenturi tat-tallinja card għall-Adulti, Għawdxin u Studenti jħallsu biss € 1.30 għal vjaġġ wieħed fuq il-lanċa u b'hekk jiffrankaw € 0.20c. Dawk li għandhom il-‘Concession’ card jew tat-Tfal ser iħallsu biss € 0.45 għal vjaġġ wieħed minflok € 0.50.
Ir-rotta 133, li topera fil-Belt Valletta, issa ser tgħaqqad iż-żewġ mollijiet tal-laneċ u b'hekk ittejjeb il-mobilità bejn il-mollijiet u ċ-ċentru tal-Belt Valletta.
It-tallinja ferry service ser topera tul ir-rotot elenkati hawn taħt:
- Sliema – Valletta – Sliema
- Cospicua – Valletta – Cospicua
Is-servizz huwa provdut matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl (ara l-iskeda tal-lanċa għad-dettalji).
Meta tivvjaġġa minn Cospicua lejn il-Belt Valletta fuq il-lanċa, jinħariġlek biljett għal-lift tal-Barrakka ta’ Fuq. Dan ser ikun b'xejn u joffri alternattiva aktar konvenjenti biex il-klijent jasal saċ-ċentru tal-Belt Valletta.
Nollijiet
Id-detenturi tat-tallinja card jibbenefikaw minn nollijiet orħos kull meta jħallsu bil-card tagħhom. Il-noll jiddependi mit-tip ta’ card li qed tintuża. It-tariffi applikabbli huma indikati hawn taħt:
Tallinja Card Personalizzata | Noll ta’ binnhar | Noll ta’ billejl |
Adulti, Studenti or Għawdxin |
€1.30 |
€1.65 |
Tfal u Concessions |
€0.45 |
€1.65 |
In-nollijiet li ġejjin japplikaw kull meta wieħed iħallas bi flus kontanti:
Kategorija | Noll |
Adult Day Single |
€1.50 |
Adult Day Return |
2.80 |
|
|
Adult Night Single |
€1.75 |
Adult Night Return |
€3.30 |
|
|
Children Single |
€0.50 |
Children Return |
€0.90 |
|
|
60+ ID card holder or Blue badge holder Single |
€0.50 |
60+ ID card holder or Blue badge holder Return |
€0.90 |
Huwa importanti li wieħed jinnota li t-tfal li għandhom età bejn 4-10 snien (iż-żewġ etajiet inklużi) jistgħu jirreġistraw għat-tallinja card tat-Tfal filwaqt li l-parametri tal-età tal-Valletta Ferry Services għal din il-kategorija jvarjaw minn 5 sa 12-il sena.
Aktar informazzjoni dettaljata dwar it-tallinja ferry services tinsab fil-paġna tat-Termini u l-Kundizzjonijiet tagħna.