It-Tallinja Card tiegħek hija karta elettronika personalizzata li tista’ tintuża fuq ir-rotot kollha tat-trasport pubbliku f’Malta u Għawdex. Din il-karta se tkun personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha (ma japplikax ghal Child Cards). Tista’ żżid il-kreditu fiha faċilment mill-internet, bit-telefon, mill-ħwienet tagħna jew minn kwalunkwe uffiċju tal-MaltaPost. Il-kreditu tiegħek ma jiskadix.
Meta tuża’ it-tallinja card tiegħek, tkun qed tgawdi minn nollijiet orħos milli meta tħallas direttament fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja kull ma trid tagħmel hu li tgħaddi it-tallinja card fejn indikat u n-noll jitnaqqaslek awtomatikament mill-kreditu tiegħek.
Hemm tallinja card u nollijiet differenti għat-Tfal, għall-Istudenti, għall-Adulti, għal min għandu il-Kartanzjan (jew il-karta tal-Identita’ Maltija 60+), għal dawk li għandhom il-Blue Badge maħruġa mill-KNPD, u għar-Residenti f’Għawdex.
It-Tallinja Card għandha it-Termini u Kundizzjonijiet tagħha. Verzjoni sħiħa ta’ dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jinsabu
hawn.