Aħdem Magħna

Ingħaqad ma' waħda mill-akbar kumpaniji u l-iżjed dinamiċi f'Malta. Jekk int interessat f'waħda mill-karigi li ġejjien, ibgħat is-CV tiegħek b'attenzjoni lid-Direttur tar-Riżorsi Umani fuq hrd@publictransport.com.mt

Vakanzi kurrenti:

Xufiera tal-linja

Malta Public Transport tinsab fil-proċess li timplimenta netwerk ġdid bil-għan li tipromovi servizz aħjar lill-pubbliku. Sabiex dan ikun milħuq, il-kumpanija qed tfittex li timpjega xufiera tal-linja. 

Sabiex taħdem bħala xufier tal-linja, int għandek bżonn:

  • Liċenzja Kategorija B għal mill-inqas sena (taħriġ jingħata biex l-applikanti jġibu l-liċenzja D)
  • Liċenzja Kategorija D Licence li hija neċessarja (taħriġ ikunu provdut jew huwa neċessarju*)
  • Ingliz Bażiku Mitkellem
  • Tkun akbar minn 21 sena
  • Kondotta tal-Pulizija u tgħaddi minn eżami mediku u mill-eżami tas-sewqan

Termini u Kundizzjonijiet:

  • Kuntratt indefinit b’6 xhur probation
  • Salarju ta’ ‘il fuq minn €6.00 fis-siegħa
  • Possibilità ta’overtajm b’rati għola
  • Allowances għal xiftijiet ta’ matul il-lejl
  • Leave annwali, sick leave u leave speċjali
  • Assigurazzjoni tas-saħħa
  • Użu b’xejn tas-servizz tat-trasport pubbliku għal qarib jew it-tfal
  • L-impjieg huwa bbażat fuq xift ta’ 5/6 ti jiem

Int lest li tiġi taħdem f’Malta bħala xufier tal-linja? Jekk iva, il-kumpanija hija lesta li tgħinek fit-transizzjoni tiegħek lejn Malta bl-iżjed mod faċli.

Minbarra li tiġi milquħ fl-ajruport, ikun hemm trasport provdut fl-ewwel ġurnata tax-xogħol tiegħek, flimkien ma’ assistenza fil-loġistika kollha li hemm bżonn sabiex iġib id-dokumenti tat-taxxa skont is-sistema Maltija, permess għall-iskema ta’ residenza, sigurtà soċjali u dak kollhu relatat.

*Sabiex iġġib il-liċenzja D wieħed għandu jkun residenti għal 6 xhur f’Malta.