Privatezza

Il-Privatezza tiegħek

M’aħniex se nżommu informazzjoni personali ħlief fejn din tiġi rikjesta speċifikament u bill-kunsens tiegħek. Se nżommu l-informazzjoni tiegħek b’mod sigur u m’aħniex se ngħaddu l-informazzjoni tiegħek lil terzi persuni sakemm ma tajtniex il-kunsens tiegħek biex ngħaddu din l-informazzjoni. Se nżommu l-informazzjoni personali tiegħek għaz-zmien li għandna bżonn biss u għall-iskop li għaliha din inġabret.

Jista’ jkun il-każ li naqsmu informazzjoni dwar il-mod kif qiegħed jintuża dan is-sit ma’ terzi persuni. L-informazzjoni tiġi maqsuma b’mod iggrupjat (“aggregate”) u bla ebda informazzjoni fuq individu partikolari.

Privatezza w informazzjoni personali

Informazzjoni personali tiġi ddefinita bħala informazzjoni relatata ma individu partikolari. L-infomazzjoni tiddentifika persuna partikolari. Informazzjoni personali hija informazzjoni fuqhekk. Meta informazzjoni personali tkun qed tiġi miġbura u maħduma se ttieħed kull prekawzjoni w attenzjoni biex tiġi ssalvagwardjata l-privatezza ta’ min juża ta’ din is-sit.

Ġbir ta’ informazzjoni personali

Meta tirreġistra u ma kull darba li żżur dan is-sit wara li tirreġistra, se niġbru informazzjoni billi nistaqsuk b’mod dirett meta tkun trid tuża ċertu servizzi eż. Email. Matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni se nitolbuk timla’ ċertu informazzjoni u li tissottometti “username” u “password” sabiex inkunu nistgħu nipprovdulek is-servizzi kollha.

“Cookies”

“Cookies” u teknoloġiji oħra biex tingħata l-aħjar esperjenza jintużaw fuq dan is-sit. Meta tuża dan is-sit, qiegħed awtomatikament taqbel għall-uzu ta’ “Cookies” u ta’ teknoloġiji oħra għal dan l-iskop.

Id-dritijiet tiegħek rigward aċċess u kontrol ta’ informazzjoni personali tiegħek

L-informazzjoni personali hija ssalvagwardjata bl-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-data kif ukoll l-EU Data Protection Directive (EU/46/95). Fost l-oħrajn, dawn jiddettaw kif għandha tiġi pproċessata l-informazzjoni skont il-liġi. L-informazzjoni għadha tkun tajba, relevanti u ma għandiex tintalab informazzjoni jekk m’hemmx skop għaliha. L-informazzjoni għadha tinżamm aġġornata u m’għandix tinżamm għall-aktar żmien milli hemm bżonn.

Sabiex tkun fil-kontrol tal-informazzjoni tiegħek, inti tista’:

Tara l-informazzjoni li nżommu fuqekTitlob li kwalunkwe informazzjoni li mhix eżatta, relevanti jew skaduta tiġi aġġornata jew titħassarTagħzel li tieqaf tuża s-servizzi tagħna u tiġi mħassra, ġaladarba huwa possibli li l-informazzjoni tista’ tiġi mħassra skont il-liġi u mingħajr l-ebda preġudizzju għall-liġi

Sigurta

L-informazzjoni li nżommu tiġi miżmuma bl-attenzjoni u reqqa u b’mod sigur. L-informazzjoni li tissottometti tibqa’ kunfidenzjali. Ma ninżammux responsabli għal telf ta’ informazzjoni li tista’ sseħħ bi żball jew b’intenzjoni ħażina ta’ terzi persuni. It-transazzjonijiet isiru b’konnessjoni “online”, sigura u “encrypted”, ma’ bank bl-użu ta’ “Digital Certificate”. Is-sit huwa miżmum minn Alert Communications. Alert Communications Ltd hija “PCI Certified”. B’hekk huwa assikurat li s-sit huwa konformi ma’ l-istandards u l-aqwa prattici fl-industrija ta’ l-iprocessar tal-“cards” ta’ kreditu u “cards” oħra.

Rekwiżiti Legali

Skont il-liġi nistgħu niġu bżonn li:

Nikxfu ċertu informazzjoni personali għal skop ta’ infurżar ta’ liġi jew għal skop ta’ sigurta nazzjonali

Inżommu informazzjoni personali għal ċertu perjodi (eż. B’konnessjoni ma’ liġijiet ta’ taxxa)