Replacing your tallinja Card - Malta Public Transport

Kards mitlufa, misruqa skaduti, bil-ħsara

Jekk titlef it-tallinja card tiegħek, tinsteraqlek jew ikollha xi ħsara, tista’ issir Tallinja Card ġdida:

Għażla 1 - Żur wieħed mill-Uffiċċji tal-Bejgħ u Informazzjoni tagħna fil-Valletta Terminus jew fis-sala tal-Ajruport tal-Wasla u tinħariġlek it-Tallinja Card mill-ġdid bi ħlas ta’ €15.00. Il-bilanċ fuq it-Tallinja Card mitlufa/misruqa, jiġi trasferit fit-Tallinja Card il-ġdida.

Għażla 2 - Tista' tagħżel li tirċievi t-Tallinja Card ġdida bil-posta bi ħlas ta' €15.00 flimkien ma' €2.87 (spiża ta’ posta reġistrata). Jekk tagħżel din l-għażla, il-ħlas ta’ biljetti abbord ma jingħatawx lura.

Hu importanti li tirrapporta każijiet bħal dawn minnufih biex tnaqqas ir-riskju li l-card mitlufa, misruqa jew bil-ħsara tintuża minn ħaddieħor. La darba it-tallinja card tiġi rraportata mitlufa, misruqa jew bil-ħsara, din tiġi blacklisted u ma tkunx tista' terga' tintuża', anke jekk tinstab wara li tkun blacklisted.

Jekk tallinja card tiskadi, minħabba li l-utent ma jkunx iktar eliġibbli għal dik it-tip ta' card, l-utent jista' jitlob card oħra minn kwalunkwe Uffiċċju tas-Sales and Information tagħna bi ħlas ta' €5.00 f'tariffa amministrattiva.

Cards mhux personalizzati ma jistgħux jinbidlu u l-klijenti ma jingħatawx rifużjoni f’każ li jitilfu cards mhux personalizzati.