Il-kumpanija topera numru ta’ rotot bejn l-ajruport u lokalitajiet diversi madwar Malta. Ir-rotot bil-linja “X” jwassluk mill-ajruport għall-maġġoranza tal-postijiet f’Malta.
Il-karozzi tal-linja fuq dawn ir-rotot għandhom numru ta’ faċilitajiet maħsuba għal min jivvjaġġa, fosthom spazju apposta għall-bagalji. Ir-rotot li jivvjaġġaw fuq il-linji “X” (ħlief għar-rotta X1A) jaħdmu minn/lejn dawn il-lokalitajiet:
X1 |
Iċ-Ċirkewwa – Il-Marfa – Il- Mellieħa – Ix-Xemxija – San Pawl il-Baħar – Il- Qawra – Baħar iċ-Ċagħaq - Pembroke – Mater Dei – L-Msida – Il-Marsa – Ħal Luqa – L-Ajruport |
|
X2 |
San Ġiljan – Tas-Sliema – Il-Gżira – Mater Dei – L-Msida – Paola (Raħal Ġdid) – Ħal Luqa – L-Ajruport |
|
X3 |
Buġibba – Il-Qawra – Il-Mosta – L-Imtarfa – Ir-Rabat – Ta’ Qali – Ħ’Attard – Ħal Balzan – Birkirkara – Il-Marsa – Paola (Raħal Ġdid) –Ħal Luqa – L-Ajruport |
|
X4 |
Il-Belt (Valletta) – Il-Furjana – Il-Ħamrun – Il-Marsa – Ħal Luqa – L-Ajruport – Ħal Far – Birżebbuġa |
|
Il-karozzi tal-linja jitilqu mill-venda tal-ajruport li tinsab eżatt barra is-sala tat-titjiriet (departures hall). Fis-sala tal-wasliet (arrivals hall) hemm l-uffiċju ta’ Informazzjoni u Biljetti ta’ Malta Public Transport minn fejn il-passiġġiera jistgħu jiksbu aktar dettalji dwar is-servizz u jixtru l-biljetti tagħhom għall-użu immedjat. Il-cards tal-ivjaġġar ta’ Malta Public Transport jistgħu ukoll jinxtraw 24 siegħa kuljum mill-magna apposta li tinsab maġenb dan l-uffiċju.