Malta Public Transport

Aktar vjaġġi frekwenti minn Malta Public Transport

01/07/2021

Malta Public Transport tħabbar vjaġġi addizzjonali fuq numru ta’ rotot popolari kif ukoll għażla akbar ta’ vjaġġi bil-lejl (Night Route) u bis-servizz Tallinja Direct (TD). Riċerka mill-kumpanija tal-linja tindika li frekwenzi aktar spissi jagħmlu t-trasport pubbliku aktar attraenti, għalhekk il-vjaġġi l-ġodda huma maħsuba biex jinkoraġġixxu lil aktar persuni jużaw is-servizz.

Il-bidliet se jżidu l-vjaġġi fuq is-servizz kollu u se joperaw sa 12-il vjaġġ kull siegħa f’uħud mill-aktar direzzjonijiet traffikużi fosthom bejn Tas-Sliema u San Ġiljan.

Il-vjaġġi popolari ta’ billejl u Tallinja Direct se jirritornaw mill-Ġimgħa 2 ta’ Lulju, 2021:

  • Night Route N13 bejn il-Belt u San Ġiljan se tibda topera matul il-ġimgħa kollha mill-23:10 sas-01:40, bi tluq kull nofs siegħa.
  • Night Route N212 bejn Tas-Sliema u Buġibba se tibda topera matul il-ġimgħa kollha mill-23:10 sas-1:20, bi tluq kull nofs siegħa.
  • Rotta TD13 bejn il-Belt u Buġibba li tgħaddi minn San Ġiljan se tibda topera il-ġimgħa kollha mit-08:05 sad-21:05, bi tluq kull nofs siegħa.

Tlett rotot ġodda f’Għawdex se jibdew joperaw mill-Ġimgħa 2 ta’ Lulju, 2021:

  • Night Route N301 bejn l-Imġarr (Għawdex) u r-Rabat se tibda topera vjaġġi addizzjonali fil-23:15 u f’23:45.
  • Rotta TD30 bejn l-Imġarr (Għadwex) u x-Xlendi se tibda topera kull nofs siegħa il-ġimgħa kollha, b’sinkronija mal-iskeda tal-fast ferry.
  • Route TD31 bejn l-Imġarr (Għawdex) u Marsalforn se tibda topera kull nofs siegħa il-ġimgħa kollha, b’sinkronija mal-iskeda tal-fast ferry.

Vjaġġi addizzjonali fuq dawn ir-rotot se jidħlu fis-seħħ mill-Ħadd 4 ta’ Lulju, 2021:

  • Rotta 15 bejn il-Belt u Tas-Sliema
  • Rotta 21 bejn il-Belt u Tas-Sliema
  • Rotta 22 Bejn il-Belt u Birkirkara
  • Rotta 41 bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa
  • Rotta 42 bejn il-Belt u ċ-Ċirkewwa
  • Rotta 44 bejn il-Belt u Għajn Tuffieħa
  • Rotta 45 bejn il-Belt u Buġibba
  • Rotta 48 bejn il-Belt u Buġibba
  • Rotta 91 bejn il-Belt u Marsaskala
  • Rotta 94 bejn il-Belt u x-Xgħajra
  • Rotta 124 bejn l-Isla u Marsaskala
  • Rotta X4 bejn il-Belt u Birżebbuġa
  • Rotta 322 bejn l-Imġarr (Għawdex) u Marsalforn 

Aktar dettalji dwar l-iskeda kollha tat-trasport pubbliku tinsab fuq publictransport.com.mt/mt/routes-timetables.

 

Back to service updates