Malta Public Transport

Tiżdied il-frekwenza tal-karozzi tal-linja fis-sajf

09/06/2017

Malta Public Transport tħabbar li s-Servizzi tas-Sajf jibdew fil-11 ta’ Ġunju 2017, b’karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq rotot popolari u servizz ta’ trasport pubbiku estiż għall-bajjiet. Klijenti li għandhom Tallinja card ser ikomplu jgawdu nollijiet orħos matul is-sena kollha, waqt li l-biljetti li jinxtraw minn fuq il-karozza tal-linja jiswew €2 matul is-sajf.

 

Ser ikun hemm karozzi tal-linja aktar frekwenti, bi 300 vjaġġ aktar kuljum, f’dawn ir-rotot:

 

Rotta 41: Il-Belt Valletta – Iċ-Ċirkewwa

Rotta 42: Il-Belt Valletta – Iċ-Ċirkewwa

Rotta 212: Tas-Sliema – Buġibba

Rotta 221: Iċ-Ċirkewwa – Buġibba

Rotta 222: Tas-Sliema – Iċ-Ċirkewwa

Rotta 223: Buġibba – Għajn Tuffieħa

Rotta 225: Tas-Sliema – Għajn Tuffieħa

Rotta 31: Il-Belt Valletta  – Buġibba

Rotta 310: Ir-Rabat (Victoria) – Marsalforn

Rotta 311: Ir-Rabat (Victoria) –  Id-Dwejra

Rotta 322: Marsalforn – L-Imġarr (għall-vapur)

 

Is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun estiż għal dawn il-bajjiet popolari: L-Armier (Rotta 49), Wied iż-Żurrieq (Rotta 74), il-Ġnejna (Rotta 101) u Għar Lapsi (Rotta 109). Dawn ir-rotot kollha joperaw mit-Tnejn sal-Ħadd matul is-Sajf.

Back to service updates