Malta Public Transport

Servizz Speċjali tat-Trasport Pubbliku għall-partita bejn Malta – Skozja fl-4 ta’ Settembru

02/09/2016

Malta Public Transport se topera servizz speċjali għall-partita tant mistennija bejn Malta u l-Iskozja, nhar il-Ħadd 4 ta’ Settembru fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali. Din il-partita se tkun l-ewwel  waħda minn erba’ logħbiet ta’ Malta kontra l-Ingilterra, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Litwanja ta’ Grupp F għal kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2018 li se ssir fir-Russja.

 

Malta Public Transport se topera rotta speċjali li se tieħu lill-passiġġieri mill-Belt Valletta sal-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali bis-servizzi jitilqu mill-venda fil-Belt Valletta kull 30 minuta bejn il-17:15 u t-19:45.

 

Kif tintemm tal-partita, is-servizz speċjali se jkompli mill-ġdid fl-22:45 għal dawn iż-żewġ  rotot:

 

1. Minn Ta’Qali lejn il-venda ta’ Buġibba, li tgħaddi mill-Mosta u San Pawl il-Baħar, u

2. Minn Ta’ Qali lejn San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Belt Valletta.

 

It-tariffi se jkunu kif ġej: €3.00 fi flus kontanti fuq tal-linja; €2.50 meta wieħed iħallas bit-tallinja card; żewġ vjaġġi bi ħlas bit-12 Single Day Journeys card; filwaqt li mhux se jkun hemm ħlas żejjed meta wieħed iħallas bl-Explore Card.

 

Lura għall-aħbarijiet