Malta Public Transport

Rotta Ġdida għall-iStudenti

06/10/2016

Sabiex tkun tista’ toffri servizz aħjar lill-istudenti, Malta Public Transport introduċiet ir-rotta 30, li hi rotta ġdida li topera mill-waqfa Bombi sal-università u tieqaf fil-waqfa Kulleġġ fl-Imsida. Din ir-rotta ġdida, li topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-07:00 u l-10:00, toffri servizz dirett għas-studenti ta’ Junior College u l-Università ta’ Malta.

“Qiegħdin naraw żieda fin-numru ta’ studenti li qed jagħżlu li jivjaġġaw bil-karozza tal-linja,” saħaq Daniel Grech, Commercial Director ta’ Malta Public Transport. “Introduċejna dan is-servizz ġdid sabiex noffru lill-istudenti mod alternattiv u aktar faċli biex jaslu l-Junior College u l-Università mill-wafa tal-Bombi, li tintuża’ ħafna f’ċerta ħinijiet.”

Ir-rotta X1A, li hija waħda diretta miċ-Ċirkewwa sal-Università u l-MCAST f’Raħal Ġdid, ukoll qed topera bħalissa. Din tagħti servizz dirett għall-istudenti Għawdxin mill-vapur t’Għawdex sal-post ta’ studju tagħhom.

Lura għall-aħbarijiet