Malta Public Transport

Il-Malta Public Transport tħabbar l-arranġamenti speċjali għall-Karnival ta’ Għawdex 2016

30/01/2016

Il-Malta Public Transport se topera vjaġġi addizzjonali matul tmien il-ġimgħa tal-Karnival ta’ Għawdex biex tiffaċilita l-ivvjaġġar u ttejjeb l-aċċessibilità tal-festivitajiet fin-Nadur.

Shuttle Service se jaħdem bejn l-Imġarr u n-Nadur abbinat mas-servizz tal-ferries, waqt li jkun hemm ukoll vjaġġi addizzjonali mir-Rabat għan-Nadur u min-Nadur għal diversi lokalitajiet f’Għawdex.

“Irridu ngħinu biex il-Karnival tan-Nadur ikun suċċess” qal id-Direttur tal-Malta Public Transport, is-sur Daniel Grech. “Il-Karnival ta’ Għawdex ilu li sar avveniment ewlieni fil-kalendarju tad-divertiment f’Malta, kemm għat-turisti kif ukoll għan-nies lokali u għalhekk aħna kburin li qed nappoġġjawh”, żied jgħid.

Is-Sur Grech qal li l-vjaġġi addizzjonali jtaffu l-problemi tal-parking u l-konġestjoni tat-traffiku u jipprovdu mod sigur kif dawk li jattendu jirritornaw lejn darhom wara lejl ta’ divertiment.

Ix-Shuttle Service jopera mill-Imġarr għan-Nadur nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar u s-Sibt 6 ta’ Frar. Vjaġġi addizzjonali jaħdmu bejn ir-Rabat u n-Nadur bejn 20:00?? u nofsillejl il-Ġimgħa u s-Sibt u bejn 20:00 u 23:00 il-Ħadd.

Barra minn hekk, servizzi speċjali jaħdmu min-Nadur lejn il-lokalitajiet kollha f’Għawdex fis-1:00 nhar il-Ġimgħa, bejn is-1:00 u s-2:30 is-Sibt u fil-23:00 il-Ħadd. Dawn imorru lejn il-lokalitajiet li ġejjin:

Ix-Xagħra - Marsalforn

Ix-Xewkija – Is-Sannat – Il-Munxar – Ix-Xlendi

Ir-Rabat (Victoria) – Kerċem - St Lucia

Ir-Rabat (Victoria), San Lawrenz – L-Għarb – L-Għasri - Żebbuġ

Għajnsielem – L-Imġarr

Il-Qala

Min jagħmel użu minn dawn is-servizzi jista’ juża kwalunkwe waħda mill-kards tal-Malta Public Transport.

Lura għall-aħbarijiet