Malta Public Transport

Titjib fit-Trasport Pubbliku għal San Ġwann

09/04/2016

Tlett Karozzi tal-linja kull siegħa f'kull direzzjoni

B'effeftt mis-17 t'April 2016, numru ta'tibdiliet fir-rotot li jaqdu lil San Ġwann kif ukoll xi tibdiliet oħra ser jiġu mplimentati. Din hija deċiżjoni mill-Awtorita' għat-Trasport f'Malta.

Żewġ rotot ġodda ser jiġu ntrodotti biex itejjbu s-servizz fil-lokalita' ta' San Ġwann speċjalment tul Triq in-Naxxar. Ir-rotta 25 ser tipprovdi servizz bejn il-Belt Valletta, s-Savoy tas-Sliema u San Ġwann u ser topera kull siegħa. Ir-rotta 35 ser tipprovdi servizz bejn l-Isptar Mater Dei, l-universita' u San Ġwann u ser topera darbtejn fis-siegħa.

Ir-rotot 22 u 24 ser jibqgħu joperaw bħas-soltu.

Tibdil ieħor fis-servizz tat-trasport pubbliku:

Ir-rotta 250 ser tibda mill-bajja tal-Mellieħa (L-Għadira) flok miċ-Ċirkewwa. Din ir-rotta ser tieqaf fil-Belt Valletta u għaldaqstant ser tipprovdi servizz addizzjonali bejn din il-bajja popolari, Santa Margerita u l-Belt Valletta.

Tibdil Addizzjonali:

  • Rotot 1,3,49,61,62,71,72,73,74,80,81,83,84,85,88,91,92,93,94,124,133,186, X2 ħa jiġu reveduta
  • Rotta 2 se tkun modifikata għaċ-entru tal-Birgu
  • Rotta 14 mhus se taqdi n-naħa tal-ITS f’Pembroke mis-18.00 ‘il quddioem mit-Tnejn sal-Ġimgħa, is-Sibt u il-Ħadd
  • Rotta 46 mhux se tkompli sservi San Pawl tat-Tarġa
  • Rotta 63 se żżid il-frekwenza tagħha minn 20 minuta għal 30 minuta
  • Rotta 64 se żżid il-frekwenza tagħha minn 30 minuta għal 60 minuta
  • Rotta 82 se ttemm ir-rotta tagħha fuq Waqfa ‘Girghien’ flok fuq Waqfa ‘Imnarja’ f’Birżebbuġa
  • Rotta 90 se żżid il-frekwenza tagħha minn 20 minuta għal 30 minuta
  • Rotta 101 se tibda tgħaqqdi Popeye Village waqt il-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu
  • Rotta 119 se tgħaqqdi wkoll il-Power Station ta’ Delimara
  • Rotta 210 se tkun reveduta biex ma tgħaqqdiex iż-Żejtun, Ħal-Tarxien u Raħal Ġdida. Se tkun qed tnaqqas ukoll il-ħin li jittieħed biex tmur Birżebbuġa, Marsaxlokk u l-Qajjenza.
  • Rotta 213 se tibda tmur ukoll ir-Rinella
  • Rotta 260 se testendi sal-Belt Valletta u mhux se tkompli tgħaqqdi  Santa Margerita u Targa Gap fil-Mosta.
  • Rotta X3 se tibda tgħaddi wkoll minn Triq Psaila Birkirkara minflok minflok minn Triq il-Wied f’Birkirkara 
Lura għall-aħbarijiet