Malta Public Transport

Auto Top-Up

Malta Public Transport qed toffri l-faċilità ta’ Auto Top-Up lill-klijenti fuq it-tallinja cards tagħhom. Dan huwa mod konvenjenti kif wieħed jittopja, speċjalment għal dawk il-persuni li jużaw it-trasport pubbliku b’mod regolari. Permezz tal-auto-top up, il-klijenti jistgħu jserrħu rashom, hekk kif it-tallinja card tagħhom tkun ttoppjata awtomatikament u qatt ma jispiċċaw mingħajr flus meta jkunu jridu jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja.

Il-klijent jista’ jagħmel użu mill-Auto Top-Up jekk ikollu online account. Il-proċess li bih wieħed jirreġistra għal online account huwa wieħed faċli ħafna u jagħti aktar benefiċji lill-klijenti, hekk kif huma jistgħu jaraw it-transazzjonijet u l-vjaġġi li jkunu għamlu. Dan jista’ billi tafas hawn.

Malli l-klijent jilloggja fuq l-online account tiegħu, jista’ joħloq l-Auto Top-Up billi jdaħħal id-dettalji tal-karta tal-kreditu jew dik tad-debitu. Wara li jkunu ssevjati d-dettalji, l-istess card tkun dik li tibda’ tidher fuq il-profil tal-klijent.

It-top-ups awtomatiċi jistgħu jkunu bbażati fuq żewġ kriterji: jew meta wieħed jiddetermina minn qabel il-bilanċ milħuq; jew inkella f’ġurnata partikolari fix-xahar. Il-klijenti jistgħu jagħżlu liema kriteju jixtiequ u jistgħu ikollhom metodu wieħed biss attivat. L-ammont minimu tal-Auto Top-Up huwa ta’ €5, u dan jista’ jiġi kkanċellat u bbukjat fi kwalukwe ħin.

Malli l-klijent joħloq Auto Top-Up, jintbagħat email biex javża lill-klijenti jekk it-Top-Up kienx ta’ suċċess jew le.