Malta Public Transport

Rotta X300

Malta Public Transport introduċiet rotta diretta ġdida bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt, b’waqfiet fl-Imsida u l-vjaġġi se jkunu jaqblu mal-iskeda tal-vapur ta’ Għawdex u l-istudenti u l-ħaddiema li jaqsmu kuljum lejn Malta issa għandhom servizz konvenjenti u ekonomiku biex jaslu dirett l-Università, il-Junior College, u l-Belt Valletta.

Se jkun hemm ħames vjaġġi filgħodu u ħamsa wara nofsinhar mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bl-esklużjoni tal-festi pubbliċi. Rotta X300 tagħmel waqfiet fl-Iskate Park quddiem l-Università u fuq il-waqfa ‘Kulleġġ’ tal-Imsida qabel tasal fil-venda tal-Belt.

Tluq minn Ċirkewwa Tluq minn Valletta
06:35 15:00
07:05 15:45
07:35 16:15
08:05 16:45
08:50 17:15

In-noll għall-istudenti u dawk li għandhom Gozo Tallinja Card huwa ta’ €0.75 kull vjaġġ waqt li dawk li jħallsu permezz tat-Tallinja Card jħallsu €2.50 kull vjaġġ. Passiġġiera li jużaw 12 Day Journey Card jitnaqqsulhom żewġ vjaġġi mill-kreditu tagħhom, ekwivalenti għal €2.50. Il-biljetti jistgħu jinxtraw ukoll minn fuq il-karozza tal-linja għall-prezz ta’ €3.00. Dawk li jużaw l-ExplorePlus Meep Card ma jħallsu xejn. Dan is-servizz mhux applikabbli għall-Explore Adult Card, Explore Child Card u l-Valletta Card.

Ir-rotta ġdida X300 qed tiġi varata wara konsultazzjoni mal-Għaqda tal-Istudenti Għawdxin (GUG) u l-Assoċjazzjoni ta’ Ħaddiema Għawdxin f’Malta (AGEM).