Malta Public Transport

Kompetizzjoni li tiċċelebra l-ewwel anniversarju tat-tallinja card

04/07/2016

F’Lulju, Malta Public Transport qed tiċċelebra l-ewwel anniversarju mit-tnehid tat-tallinja card. Il-240,000 persuna li għandom tallinja card huma kollha mistiedna biex jipparteċipaw f’din iċ-ċelebrzzjoni billi jieħdu sehem fit-Tallinja Birthday Selfie Competition u jidħlu fiċ-ċans li jirbħu wieħed minn ħames premji kbar.

 

Kif jindika l-isem tal-kompetizzjoni, kull ma wieħed irid jagħmel biex jipparteċipa hu li jippoża għal stessu mat-tallinja card, forsi b’xi oġġetti marbutin ma’ festin ta’ ċelebrazzjoni li juru t-tema tal-anniversarju b’mod kreattiv. Ir-ritratti ser jiġu ġġudikati fuq l-oriġinalità, il-kompożizzjoni, l-element artistiku u l-effettività.

 

Se jkun hemm ħames rebbieħa b’kollox, bi premju għal kull kategorija tat-tallinj card (Adult, Child, Concession, Student and Gozo). Kull min jerbaħ se jkun jista’ jagħżel wieħed minn dawn ir-rigali: 1TB PlayStation4 b’ 2 controllers + 12-il xahar PS Plus; jew GoPro Hero4 Black; jew 50” LED Flat-screen TV.

 

It-Tallinja Birthday Selfie Competition hi miftuħa għal residenti ta’ Malta li għandom ħames (5) snin jew aktar. Il-kompetizzjoni tagħlaq nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016.

 

Ir-ritratti, li għandhom ikunu mdaqqsin bejn 1MB u 3 MB, iridu jintbagħtu lil competitions@publictransport.com.mt u jinkludu l-isem ta’ min qed jieħu sehem, il-customer number (li jinsab fuq it-tallinja card), numru ta’ telephone, email u l-indirizztal-posta.

 

It-termini u kundizzjonijiet kollha jinsabu fuq: https://www.publictransport.com.mt/en/tallinja-birthday-selfie-competition

Lura għall-aħbarijiet