Malta Public Transport

Servizz Speċjali għall-kunċert ta’ Joseph Calleja

27/07/2016

Matul il-lejl tat-28 ta’ Lulju 2016, Malta Public Transport se topera ħames rotot speċjali sabiex tiffaċilita l-ivjaġġar wara l-kunċert tat-Tenur Malti, Joseph Calleja.

Dan il-kunċert tas-sajf mistenni minn ħafna, se jitella’ fuq il-Fosos tal-Furjana fit-8.30 ta’ filgħaxija. Din is-sena, Calleja se jkun akkumpanjat mill-leġġenda Taljana Antonello Venditti u mill-kantanta u l-kantawtriċi Amerikana Suzanne Vega. It-talent Malti se jilgħab parti importanti waqt dan il-kunċert bil-parteċipazzjoni ta’ Joseph Calleja BOV Children’s Choir u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta taħt id-direzzjoni ta’ Mro Steve Mercurio.

“Aħna nagħrfu l-importanza ta’ dan l-avveniment fil-kalendarju soċjali lokali, għalhekk qed nipprovdu dawn is-servizzi speċjali sabiex ninkoraġġixxu lin-nies jivvjaġġaw b’ tal-linja bil-għan li tonqos il-konġestjoni tat-traffiku,” spjega Daniel Grech, id-Direttur Kummerċjali ta’ Malta Public Transport.

Malta Public Transport se tkun qed topera dawn il-rotot:

N13 minn Bay A1: Valletta, Msida, Gżira, Sliema Ferries, St. Julian’s.

S1minn Bay A2: Valletta, Marsa, Paola, Bormla, Kalkara, Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Marsaskala, Fgura, Paola, Valletta.

S2 minn Bay A3: Valletta, Msida, Qroqq, Kappara, San Ġwann, Naxxar, Mosta, Imtarfa By-Pass, Ir-Rabat, Ħ’Attard, Żebbug By-Pass, Qormi, Fleur-De-Lys, Ħamrun, Valletta.

S3 minn Bay A4: Valletta, Msida, Birkirkara, Lija, Mosta, Burmarrad, Buġibba, Qawra, St. Paul’s Bay, Xemxija, Mellieħa, Għadira Bay, Ċirkewwa.

S4 minn Bay A5: Valletta, Marsa, Tarxien, Żejtun, Marsaxlokk, Birżebbuġa, Airport, Żurrieq, Qrendi, Mqabba, Ħal Farruġ, Valletta.

Dawn ir-rotot se joperaw mill-Venda fil-Belt Valletta bejn il-23:30 u 00:40. In-nollijiet se jkunu kif ġej: €3.00 għal biljett li jinxtara minn fuq il-karozza tal-linja u €2.50 meta tintuża t-tallinja card. M’hemmx ħlas addizzjonali għal min juża’ l-Explore Card.

Lura għall-aħbarijiet