Malta Public Transport

Servizz tal-Linja Speċjali għall-Festival tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba

24/04/2019

Malta Public Transport bi pjaċir tħabbar li se tipprovdi servizz speċjali għal dawk li se jżuru l-ewwel attività tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar fl-Imqabba nhar l-Erbgħa 24 ta’ April.

Il-viżitaturi jistgħu jivvjaġġaw lura mill-Imqabba fi tmiem il-programm tan-nar inkella jibqgħu għall-kunċert ta’ wara minn The Travellers. Dawk li jippreferu jitilqu immedjatament wara t-tmiem tal-ispettaklu tan-nar jistgħu jieħdu l-vjaġġ tal-23:30 lejn ir-rotot imniżżla hawn taħt. Dawk li jixtiequ jibqgħu għall-kunċert jistgħu jaqbdu l-vjaġġi ta’ 00:15 jew ta’ 00:30 lejn ir-rotot imniżżla hawn taħt.

Se jkun hemm tliet rotot li jitilqu mill-Imqabba: waħda lejn Buġibba li tgħaddi minn San Pawl il-Baħar; waħda lejn Tas-Sliema li tgħaddi minn San Ġiljan; u oħra lejn il-Belt li tgħaddi minn Raħal Ġdid.

Malta Public Transport hija sodisfatta li qed tappoġġa din l-attività u tixtieq kull suċċess lill-organizzaturi.

Lura għall-aħbarijiet