Malta Public Transport

Is-Servizz tat-Trasport Pubbliku matul il-perijodu tal-Milied

21/12/2017

Malta Public Transport ser topera fuq skeda differenti matul il-perijodu tal-Milied.

Mis-26 sat-30 ta' Diċembru 2017, il-karozzi tal-linja ser joperaw fuq l-iskeda tas-Sibt matul il-ġranet tat-Tnejn sal-Ġimgħa, waqt li jaħdmu bħas-soltu nhar ta’ Sibt. Is-servizz fuq rotot li normalment joperaw biss matul il-ġimgħa, jiġifieri 49, 50 u 90, xorta ser jingħata matul din il-ġimgħa. Ir-Rotta TD2 (Ajruport għal San Ġiljan) ser taħdem bħas-soltu u r-rotta TD13 ser topera kull 60 minuta mis-26 sad-29 ta' Diċembru.

Barra minn hekk, bħal fis-snin preċedenti, il-Malta Public Transport ser topera servizz ridott fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena. Il-karozzi tal-linja ser jieqfu joperaw waqt il-ħin tal-ikel u s-servizz ser jiġi sospiż bejn nofsinhar u t-15:00, bl-aħħar karozzi tal-linja jitilqu bejn l-10:00 u l-11:30, skont it-tul tal-vjaġġ. Is-servizzi jerġgħu jibdew jaħdmu b'mod normali bejn it-15:00 u l-16:00. L-aħħar servizzi ta’ filgħaxija jintemmu fid-21:00.

Il-Malta Public Transport tixtieq tgħarraf lill-klijenti tagħha li ħwienet u l-Contact Centre ser ikunu magħluqin fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.

Għall-aktar informazzjoni, l-klijenti jistgħu iżuru s-sit www.publictransport.com.mt . Il-klijenti jistgħu wkoll iniżlu t-Tallinja App għall-informazzjoni fuq liema karozza tal-linja ser tkun ser tassal f’kwalunkwe Bus Stop. Din l-app tista’ titniżżel mill-App Store jew mill-Google Play Store.

Lura għall-aħbarijiet