11/08/2023
Għamel Like, tella’ storja u irbaħ iPhone 14 PRO 256GB!
Għandek bejn 18 u 30 sena u tgħix Malta? Ara xi trid tagħmel biex tipparteċipa
- Għamel Like fuq il-paġna ta' Facebook "Tallinja" u/jew segwina fuq Instagram
- Tella' storja waqt li tkun qed tivvjaġġa fuq karozza tal-linja
- Ittaggja l-paġna ta' Facebook jew il-profil ta' Instagram fl-istorja tiegħek
Kif se taħdem din il-kompetizzjoni?
Ipparteċipa fil-kompetizzjoni li qed torganizza Malta Public Transport fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, billi tagħmel like fuq il-paġna ta’ Facebook “Tallinja” jew issegwina fuq Instagram. Ivvjaġġa b’Tallinja bejn it-12 u t-18 ta’ Awwissu 2023. Tella’ storja fuq Facebook u/jew Instagram waqt li qed tivvjaġġa fuq il-karozza tal-linja u ttaggja l-profili tagħna (Facebook / Instagram). Malli tagħmel dan, jekk ir-ritratt tiegħek jitqies bħala wieħed li bl-aħjar mod jirrappreżenta liż-żgħażagħ u t-trasport pubbliku f'Malta, mela ismek jitpoġġa awtomatikament fil-lista ta’ parteċipanti li jistgħu jirbħu l-premju finali: iPhone 14 PRO 256GB.
Kif se jittella’ r-rebbieħ?
Ir-rebbieħ se jittella’ sal-31 ta’ Awwissu 2023. Ir-rebbieħ jiġi kkuntattjat minn rappreżentant tal-Aġenzija tal-Marketing tagħna, The Concept Stadium. Il-premju se jgħaddi lir-rebbieħ jekk jaqbel mat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Aqrahom b’mod sħiħ minn hawn.
Lura għall-aħbarijiet