Malta Public Transport

Tibdil fl-iskeda tal-karozzi tal-linja

23/03/2017

B’effett miz-19 ta’ Marzu 2017, se jiġu implimentati numru ta’ tibdil fir-rotot li jservu diversi lokalitajiet.

Rotta 63 (mill-Ħal Qormi għal Belt Valletta) se topera kull 29 u 59 minuta kull siegħa.

Rotta 13 (mill-Belt Valletta għal Baħar iċ-Ċagħaq u li tgħaddi minn Tas-Sliema u San Ġiljan) se topera kull 20 minuta waqt il-peak time u kull 30 minuta waqt il-ħinijiet tal-iskeda normali.

Rotta 13A (mill-Belt Valletta għal Pembroke Park & Ride u li tgħaddi minn Tas-Sliema u San Ġiljan) hija rotta ġdida li se topera mill-Belt Valletta għal Pembroke Park & Ride kull 20 minuta waqt il-peak time u kull 30 minuta waqt il-ħinijiet tal-iskeda normali.

Ir-rotot 13 u 13A flimkien se jkunu qed jipprovdu frekwenza ta’ 10 minuti matul l-oqsma kollha Tas-Sliema u San Ġiljan.

Rotta 122 (mill-Belt Valletta għall-isptar Mater Dei) se topera kull 30 minuta mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u kull 60 minuta matul is-Sibt u l-Ħadd.

Rotta 130 (Il-Waterfront tal-Belt Valletta) se topera kull 60 minuta mit-Tnejn sal-Ħadd.

Rotta 31 (mill-Belt Valletta għal Buġibba) se topera kull 30 minuta wara s-19.00 mit-Tnejn sas-Sibt u kuljum matul il-jiem tal-Ħadd.

Rotta 103 (mill-Bidnija għal Pembroke Park & Ride) se tieqaf in-Naxxar fl-aħħar żewġ vjaġġi mit-Tnejn sal-Ġimgħa u kuljum matul il-jiem tal-Ħadd. L-aħħar vjaġġ mill-Bidnija għal Pembroke jitlaq fil-17:15 fiż-żewġ direzzjonijiet. Dan filwaqt li l-aħħar żewġ vjaġġi mill-Bidnija għan-Naxxar jitilqu fis-18:15 u fis-19:15, u l-aħħar żewġ vjaġġi fid-direzzjoni opposta jitilqu fis-18:40 u fit-19:40, rispettivament.

Rotta 83 (mill-Belt Valletta għal Santa Luċija) se topera kull 60 minuta, matul is-Sibt u l-Ħadd.

Rotta 80 (mill-Belt Valletta għal Birżebbuġa) se jkollha vjaġġ miżjud li jibda fis-05:50 matul is-Sibt u l-Ħadd.

Lura għall-aħbarijiet