Malta Public Transport

Malta Public Transport toffri Servizz Speċjali għall-Kunċert ta’ Joseph Calleja

20/07/2018

Matul il-lejl tal-21 ta' Lulju 2018, Malta Public Transport ser topera ħames rotot speċjali biex tiffaċilita l-ivvjaġġar wara l-kunċert imwettaq mit-Tenor Malti, Joseph Calleja.

Malta Public Transport ser topera r-rotot li ġejjin:

JC1 (Rotta tat-Tramuntana ) se topera mill-Belt Valletta lejn l-Imsida - Birkirkara-Lija – Mosta - Burmarrad - Buġibba - Qawra - San Pawl il-Baħar - Xemxija - Mellieħa – L-Bajja ta’ Għadira - Ċirkewwa fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:50.

JC2 (Rotta Ċentrali) se topera mill-Belt Valletta lejn l-Imsida - Tal-Qroqq - Kappara - San Ġwann - Naxxar - Mosta - Mtarfa bypass - Rabat - Attard - Żebbuġ bypass – Qormi - Fleur-De-Lys - Ħamrun fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:40.

JC3 (Rotta tan-Nofsinhar 1) se topera mill-Belt Valletta lejn il-Marsa – Raħal Ġdid - Bormla - Kalkara - Xgħajra - Żabbar - Marsaskala - Fgura - Raħal Ġdid fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:40.

JC4 (Rotta tan-Nofsinhar 2) se topera mill-Belt Valletta lejn il-Marsa - Tarxien - Żejtun -Marsaxlokk - Birżebbuġa - Ajruport - Żurrieq - Qrendi - Mqabba - Ħal-Farruġ fil-23:30, 00:00, 00:20 u 00:40.

N13 (Rotta ta’ bil-lejl) se topera mill-Belt Valletta lejn l-Imsida - Gżira - Sliema Ferries - San Ġiljan (is-servizz ser jopera skond l-iskeda normali u ser jkun hemm iżjed vjaġġi skond id-domanda).

In-nollijiet se jkunu hekk: €3.00 jekk tħallas bi flus fuq tal-linja, €2.50 jekk tħallas bit-Tallinja Card personali tiegħek, żewg vjaġġi jekk tħallas bit-12 Single Journeys Card u jekk tuża waħda mill-Explore Cards, in-noll ser ikun inkluż.

Lura għall-aħbarijiet