Malta Public Transport

FAQs Trasport B'xejn

FAQs – Mistoqsijiet dwar Trasport Pubbliku b’Xejn

1.      Kif se taħdem is-sistema ta’ Trasport Pubbliku b’Xejn f’Ottubru?

Mill-1 ta’ Ottubru 2022 id-detenturi kollha ta’ Tallinja Card personalizzata valida se jkunu jistgħu jivvjaġġaw b’xejn bil-karozzi tal-linja kollha tal-Malta Public Transport li joperaw rotot tal-ġurnata, rotot ta’ matul il-lejl u servizzi speċjali. Il-passiġġieri jridu jużaw it-Tallinja Card personalizzata tagħhom mal-magna tal-biljetti ħdejn ix-xufier tal-linja kull darba li jitilgħu fuq il-karozza tal-linja. Il-passiġġieri m'għandhomx għalfejn ikollhom kreditu fuq it-Tallinja Card tagħhom sabiex jivvjaġġaw fuq rotot tal-ġurnata, rotot ta’ matul il-lejl u servizzi speċjali. Madankollu, kwalunkwe passiġġier li għandu bilanċ negattiv fuq it-Tallinja Card jew għandu Tallinja Card invalida, ma jkunx jista’ jivvjaġġa b'xejn u jkun meħtieġ li jinxtara biljett. Barra minn hekk, passiġġieri li jużaw it-Tallinja Card tagħhom għal servizzi tal-karozzi tal-linja li mhumiex eliġibbli għal vjaġġar b’xejn (bħal Tallinja Direct Services u On-Demand Services) se jkunu meħtieġa li jkollhom biżżejjed kreditu fuq it-Tallinja Card tagħhom biex iħallsu l-vjaġġ tagħhom. Tista’ tiċċekkja l-bilanċ tiegħek fuq it-Tallinja Card billi ddaħħal in-numru tal-klijent tiegħek hawn: https://www.publictransport.com.mt/en/check-card-balance jew billi tniżżel it-Tallinja APP minn Apple Store jew Google Store b'xejn.

 2.      Xorta għandi bżonn Tallinja Card personalizzata anki jekk is-servizz huwa b’xejn?

Iva. Biex tagħmel użu mit-trasport pubbliku b'xejn jeħtieġ li jkollok Tallinja Card personalizzata valida. Trid tuża’ t-Tallinja Card personalizzata tiegħek mal-magna tal-biljetti ġewwa l-karozza tal-linja kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja.

 3.      Kif nirreġistra għal Tallinja Card?

Biex tirreġistra għal Tallinja card, żur is-sit https://www.publictransport.com.mt/en/register-now. Ikollok bżonn tagħti ismek u kunjom, in-numru tal-Karta tal-Identità Maltija, id-Dokument tar- Residenza jew in-numru tal-passaport, l-indirizz elettroniku, id-data tat-twelid u n-numru tal-mowbajl. Il-klijenti kollha li għandhom 10 snin jew aktar se jkunu meħtieġa wkoll jissottomettu ritratt tal-passaport. Jekk qed tapplika għal Karta tal-Istudenti jew Karta ta’ Konċessjoni, tkun mitlub tipprovdi aktar dokumentazzjoni skont it-tip ta’ card.

 

Għal aktar dettalji, kif ukoll termini u kundizzjonijiet dwar it-Tallinja Card personalizzata u l-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn żur: https://www.publictransport.com.mt/en/terms-and-conditions

 4.      Min huwa eliġibbli biex juża t-Trasport Pubbliku b’Xejn?

Kull min għandu Tallinja Card personalizzata valida huwa eliġibbli għat-trasport pubbliku b’xejn. Dan jinkludi Cards tat-Tfal, Cards tal-Istudenti, Cards tal-Adulti, Cards tal-Konċessjoni, u Cards ta’ Għawdex. Għal dettalji dwar kif tapplika għal Tallinja Card personalizzata, jekk jogħġbok żur: https://www.publictransport.com.mt/en/register-now

 5.      X’jiġri jekk ma nużax it-Tallinja Card tiegħi mal-magna tal-biljetti?

Sabiex l-operatur tal-linja u l-awtoritajiet iżommu kont tan-numri tal-passiġġieri għal skopijiet ta’ ppjanar, huwa importanti li tuża t-Tallinja Card tiegħek fuq il-magna tal-biljetti kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja. L-ispetturi tagħna jagħmlu spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-karozzi tal-linja kuljum sabiex jiċċekkjaw li l-passiġġieri kollha użaw it-Tallinja Card tagħhom jew xtraw biljett. Jekk ma tużax il-card fuq il-magna tal-biljetti ġewwa l-karozza tal-linja, tiġi mmultat €50 u t-Tallinja Card tiegħek tiġi kkonfiskata sakemm tħallas il-multa tiegħek.

 6.      Liema servizzi huma inklużi fl-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn tal-Gvern?

It-trasport pubbliku b’xejn bl-użu ta’ Tallinja Card personalizzata huwa disponibbli fuq ir-rotot kollha tal-ġurnata, ta’ matul il-lejl u servizzi speċjali. Ir-rotot Tallinja Direct, is-servizz Tallinja On Demand, Ferry Services u servizzi oħra ta’ mobbiltà mhumiex inklużi fl-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn tal-Gvern.

 7.      Jiena diġà għandi Tallinja Card imma qatt ma użajtha – xorta se taħdem?

Iva, it-Tallinja Card personalizzata tiegħek xorta għandha taħdem u tista' tintuża fuq il-karozzi tal-linja tagħna. Tista' tiċċekkja l-bilanċ tiegħek fuq it-Tallinja Card li għandek billi ddaħħal in-numru tal-klijent tiegħek u tidħol fis-sit: https://www.publictransport.com.mt/en/check-card-balance.  Tista’ wkoll tniżżel it-Tallinja APP minn Apple Store jew Google Store b'xejn.

 8.      Diġà nagħmel użu mit-trasport pubbliku b’xejn permezz tal-iskema eżistenti tal-Gvern. Għandi bżonn nibdel xi ħaġa?

Mill-1 ta’ Ottubru mhux se jkollok bżonn titfa’ kreditu fuq it-Tallinja Card tiegħek biex tagħmel użu mit-trasport pubbliku b’xejn peress li s-sistema l-ġdida mhux se tibqa’ taħdem b’sistema ta’ rifużjoni. Sempliċiment uża t-Tallinja Card tiegħek fuq il-karozza tal-linja, u tivvjaġġa b'xejn. Din il-bidla se sseħħ awtomatikament u m'għandekx bżonn tibdel jew tagħmel xejn min-naħa tiegħek.

 9.      Jien tfajt kreditu fuq it-Tallinja Card meta rreġistrajt għall-ewwel darba żmien ilu, il-card u l-kreditu għadhom validi għall-użu?

Iva, it-Tallinja Card personalizzata u l-kreditu tiegħek għadhom validi u xorta se jidhru fuq il-bilanċ tiegħek. Madankollu jekk tiltaqa' ma' xi problemi jekk jogħġbok ċempel fuq 2122 2000 jew ikkuntattjana fuq enquiries@publictransport.com.mt

 10.  L-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn xorta se tirrikjedi li nitfa’ kreditu fuq il-card tiegħi?

Le, m'għandekx bżonn titfa’ kreditu fuq il-card tiegħek, sakemm inti (i) mhux diġà għandek bilanċ negattiv eżistenti u f'liema każ trid tirrettifika, jew (ii) tixtieq tuża servizzi mhux koperti mill-iskema tat-trasport pubbliku b'xejn li jistgħu jinkludu Tallinja Direct Bus Services, On-Demand Bus Services, Ferry Services u servizzi oħra ta’ mobbiltà.

 11.  Issa għandi kreditu żejjed. Dan huwa rimborsabbli?

Ikollok bżonn ta’ kreditu fuq it-Tallinja Card tiegħek biex tuża r-rotot Tallinja Direct u s-servizzi Tallinja On Demand. Il-kreditu jista’ jintuża wkoll biex tivvjaġġa fuq Valletta Ferry Services, is-servizz tal-laneċ bejn Tas-Sliema jew it-Tliet Ibliet u l-Belt Valletta. Tista’ wkoll tuża l-kreditu tiegħek biex tesperjenza l-karozzi tal-linja l-antika ta’ Malta, offruti minn Vintage Bus City Tours.

 

Jekk mhux qed tippjana li tuża dawn is-servizzi, tista' tapplika għal rifużjoni tal-kreditu fuq il-card tiegħek. Miżata amministrattiva ta’ €10 flimkien ma’ spejjeż bankarji se jitnaqqsu mill-bilanċ tiegħek tat-Tallinja Card, u tista’ żżomm l-istess Tallinja Card tiegħek u tużaha għat-trasport pubbliku u tibbenefika mill-iskema tat-trasport pubbliku b’xejn. Jekk jogħġbok imla l-formola onlajn li se tkun disponibbli mill-1 ta’ Novembru 2022 u agħti d-dettalji bankarji tiegħek sabiex ir-rifużjoni tiġi ttrasferita fil-kont bankarju tiegħek bejn Novembru u Diċembru 2022.

 12.  Jekk napplika għal rifużjoni, kif se nirċievi l-fondi mill-kont tiegħi ta’ Tallinja Card?

Meta timla l-formola onlajn li se tkun disponibbli fuq il-websajt mill-1 ta' Novembru, inti se tintalab tipprovdi n-numru tal-kont bankarju tiegħek jew l-IBAN sabiex inkunu nistgħu nittrasferixxu l-fondi fil-kont bankarju tiegħek. Ma jinħarġu ebda rifużjonijiet fi flus kontanti jew ċekkijiet. Mat-talba għar-rifużjoni inti se tkun qed ġġarrab il-ħlasijiet bankarji u tariffa amministrattiva ta' €10, li titnaqqas mill-bilanċ disponibbli tiegħek.

 13.  X’jiġri jekk għandi inqas minn €10 fuq it-Tallinja Card tiegħi u rrid rifużjoni?

Jekk għandek bilanċ ta’ inqas minn €10, dan jista’ jintuża għal servizzi oħra fosthom is-servizzi tal-linja On Demand, is-servizzi Tallinja Direct, is-servizzi tal-laneċ bejn Tas-Sliema u l-Belt, u bejn il-Belt u l-Birgu, kiri ta’ Tallinja Bikes madwar il-gżejjer, u s-servizz tal-karozzi tal-linja antiki ta’ Malta operati minn Vintage Bus City Tours.

 14.  It-Tallinja Card tiegħi se taħdem jekk ikolli bilanċ negattiv fuqha?

It-Tallinja Card tiegħek ma taħdimx jekk ikollok bilanċ negattiv. Il-bilanċ tiegħek irid ikun mill-inqas €0, iżda nissuġġerixxu li żżomm ammont ta’ kreditu f’każ li tkun tixtieq tużaha fuq servizzi oħra kif imsemmi qabel. Jekk titla’ fuq karozza tal-linja b’bilanċ negattiv fuq it-Tallinja Card tiegħek, ikollok bżonn tixtri biljett sabiex tivvjaġġa.

 15.  Għaliex jista’ jkolli bilanċ negattiv fuq it-Tallinja Card tiegħi?

Dan seta’ seħħ għax int ibbenefikajt mis-servizz ta’ kreditu ta’ emerġenza tagħna li jippermetti lill-passiġġieri li m’għandhomx biżżejjed kreditu, jivvjaġġaw xorta waħda bil-karozza tal-linja, u mbagħad ikunu jistgħu jħallsu wara l-vjaġġ tagħhom. Tista' tiċċekkja l-bilanċ li għandek fuq it-Tallinja Card tiegħek billi ddaħħal in-numru tal-klijent tiegħek fis-sit: https://www.publictransport.com.mt/en/check-card-balance  jew billi tniżżel it-Tallinja APP minn Apple Store jew Google Store b'xejn.

 16.  Se jibqa’ jkun hemm spezzjonijiet abbord il-karozzi tal-linja?

Iva, l-ispetturi tagħna se jitilgħu fuq il-karozzi tal-linja għall-għarrieda biex jiċċekkjaw jekk it-Tallinja Cards ġewx validati mal-magna tal-biljetti abbord il-karozzi tal-linja. Passiġġieri li ma jivvalidawx it-Tallinja Card tagħhom u m’għandhomx biljett se jkunu mmultati €50. Jekk il-passiġġieri ma jħallsux din il-multa, it-Tallinja Card tagħhom tiġi kkonfiskata sakemm titħallas il-multa.

 17.  Nista’ nivvjaġġa kemm irrid b’xejn is-sena kollha?

Tista' tivvjaġġa kemm trid fuq ir-rotot tal-ġurnata, rotot ta’ matul il-lejl u rotot ta’ servizzi speċjali. In-nollijiet se jibqgħu japplikaw għal Tallinja Direct Routes, Tallinja On-Demand Bus Services, u servizzi oħra ta’ mobilità.

 18.  Ma nista’ nara l-ebda kreditu fuq it-Tallinja Card tiegħi, iżda qatt ma użajtha, Il-kreditu tiegħi skada?

Jekk tiltaqa' ma' problema bħal din bit-Tallinja Card tiegħek, jekk jogħġbok ċempel fuq 2122 2000 jew ibgħatilna imejl fuq enquires@publictransport.com.mt.

 19.  Nista’ nuża t-Tallinja Card ta’ ħabib jew qarib biex nivvjaġġa?

Le. It-Tallinja Card hi personalizzata u reġistrata fuq ismek biss. Il-card turi r-ritratt tiegħek (ħlief għall-Cards tat-Tfal) u l-isem. Għalhekk, it-Tallinja Cards ma jistgħux jinqasmu ma’ ħaddieħor. Kull min jinqabad juża t-Tallinja Card ta’ ħaddieħor jiġi mmultat €50.

 20.  Fejn nista’ niċċekkja l-bilanċ tal-kreditu tiegħu fuq it-Tallinja Card tiegħi?

Tista’ tiċċekkja l-bilanċ tal-kreditu fuq it-Tallinja Card tiegħek onlajn fuq www.publictransport.com.mt, fuq it-Tallinja App u fi kwalunkwe Ticket Booths tagħna.

 21.  Tlfit it-Tallinja Card tiegħi. Kif nista’ nikseb waħda ġdida?

Tista' tixtri card oħra mit-Ticket booths tagħna. Tista' wkoll tordna l-card bit-telefon billi ċċempel 2122 2000.

 22.  Nista’ nuża l-karta’ tal-identità tiegħi jew id-dokument tar-Residenza biex nivvjaġġa b’xejn?

Le. Biex tivvjaġġa b'xejn, ikollok bżonn tuża’ t-Tallinja Card personalizzata valida tiegħek fuq il-magna tal-biljetti fuq il-karozza tal-linja. M'għandek bżonn tippreżenta l-ebda dokument ta' identifikazzjoni minbarra t-Tallinja Card tiegħek. Barra minn hekk, mhux se tkun eliġibbli biex tivvjaġġa b'xejn billi sempliċement tippreżenta dokument ta' identifikazzjoni fuq il-karozza tal-linja.

 23.  Għaliex għandi bżonn nivvalida l-card tiegħi kull darba li nitla’ fuq il-karozza tal-linja, jekk is-servizz huwa b’xejn?

Sabiex l-operatur tal-linja u l-awtoritajiet iżommu kont tan-numri tal-passiġġieri għal skopijiet ta’ ppjanar, huwa importanti li tivvalida t-Tallinja Card tiegħek mal-magna tal-biljetti kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja.

 24.  Għandi vawċer ta’ top-up li għadni ma użajtx. Nista’ nitħallas lura?  

Iva. Jekk jogħġbok ibgħatilna imejl fuq enquiries@publictransport.com.mt u tkun iggwidat matul il-proċess biex tingħata rifużjoni għall-vawċer tat-top-up mhux użat.