Aktar servizzi għas-sajf
Malta Public Transport tħabbar li s-Servizzi tas-Sajf jibdew fit-12 ta’ Ġunju 2016, b’karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq rotot popolari u servizz ta’ trasport pubbiku estiż għall-bajjiet. Klijenti li għandhom Tallinja card ser ikomplu jgawdu nollijiet orħos matul is-sena kollha, waqt li l-biljetti li jintraw minn fuq il-karozza tal-linja jiswew €2 matul is-sajf.
|
Ser ikun hemm karozzi tal-linja aktar frekwenti, bi 300 vjaġġ aktar kuljum, f’dawn ir-rotot:
Rotta 212 – Tas-Sliema - Buġibba
Rotta 221 – Iċ-Ċirkewwa - Buġibba
Rotta 222 – Tas-Sliema - Iċ-Ċirkewwa
Rotta 223 – Buġibba - Għajn Tuffieħa
Rotta 225 – Tas-Sliema - Għajn Tuffieħa
Rotta 31 – Il-Belt - Buġibba
Rotta 310 – Ir-Rabat - Marsalforn
Rotta 311 – Ir-Rabat - Id-Dwejra
Rotta 322 – Marsalforn - L-Imġarr (għall-vapur)
|
|
Is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun estiż għal dawn il-bajjiet popolari:
L-Armier, Wied iż-Żurrieq, ilĠnejna, Popeye Village u Għar Lapsi.
|
|
Il-flotta ta’ karozzi tal-linja se tikber fil-ġimgħat li ġejjin, bi 33 karozza tal-linja ġdida maħluqa apposta għat-toroq tagħna u li jesgħu aktar passiġġieri. Il-karozzi tal-linja l-ġodda għandhom l-arja kkundizzjonata, huma aċċessibbli għal persuni b’diżabilita u jħarsu aktar lill-ambjent.
|