Student tallinja card- Malta Public Transport

tallinja card għall-istudenti

Student card

Student card

It-tallinja card għall-istudenti hi disponibbli għall-istudenti kollha bejn il-11 u s-16-il sena (it-tnejn inklużi) u persuni oħra li qedgħin jattendu kors full time ma’ istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta li jdum mill-inqas tliet xhur.

It-tallinja card għall-istudenti hi ħamra u personalizzata bir-ritratt tiegħek u b’ismek fuqha u tkun tista’ żżid il-kreditu fiha b’mod faċli.

Meta tuża t-tallinja card tiegħek tibbenefika minn nollijiet irħas milli meta tħallas fuq il-karozza tal-linja. Kull darba li titla’ fuq il-karozza kulma għandek tagħmel hu li tgħaddi t-tallinja card minn fuq il-magna tal-biljetti. In-noll ta’ kull vjaġġ ta’ 75 ċenteżmu jitnaqqaslek b’mod awtomatiku mill-kreditu disponibbli tiegħek sa massimu ta’ €21 fix- xahar (servizzi ta’ billejl esklużi).

Dan ifisser li ladarba tonfoq total ta’ €21 f’xahar, ma tħallasx aktar għal vjaġġi li tagħmel għall-kumplament ta’ dak ix-xahar. Daqshekk faċli! Aktar ma tivvjaġġa, aktar tiffranka!

Il-Pass ta’ €55 għall-istudenti tagħti l-istudenti 3 xhur ta’ vjaġġar mill-ġurnata li fiha jinxtara l-istess Pass. L-unika drabi meta kreditu adizzjonali jitnaqqas mit-tallinja card tiegħek huwa meta tuża n-Night Services (Servizzi ta’ matul il-lejl) u l-iSpecial Services (Servizzi Speċjali). Malta Public Transport mhux se tavża lill-istudenti meta tiskadilhom il-pass. Ġranet ta’ pro rata jew kreditu fuq it-Tallinja card tal-istudenti qatt ma jistgħu jiġu trasferiti għal għand klijenti oħra.