Malta Public Transport

Servizz Speċjali għall-Istudenti

Merħba, student favur l-ambjent!

Aħna ferħanin li int interessajt ruħek fl-offerta tal-studenti tagħna, billi tgħina noħolqu ambjent iżjed nadif.

L-offerta tagħti l-istudenti pass ta’ tlett xhur vjaġġar permezz tas-servizzi ta’ Malta Public Transport.

Dan huwa dak li għandek bżonn tkun taf fuq l-offerta:

1. L-offerta hija valida fuq il-card it-tallinja card tal-istudenti biss. Sabiex tibbenifika minn din l-offerta, għandu jkollok (tkun eleġibbli għal) tallinja card tal-istudenti.

2. L-offerta hija valida għal 90 ġurnata mill-ġurnata li fiha tinxtara l-pass.

3. Il-card tiegħek mhux se jsirilha top up ta’  €55 fi kreditu – din l-offerta hija pass ta’ 3 xhur ta’ vjaġġar fuq it-tallinja card tiegħek. L-unika drabi meta il-kreditu tiegħek jiġi mnaqqas huwa meta wieħed juża n-Night Services (servizzi ta’ matul il-lejl) jew l-iSpecial Services (servizzi speċjali).

4. Jekk għandek bżonn card li tibdel il-card eżistenti, il-kreditu fuq il-card li jkollok jiġi trasferit fil-card il-ġdida, flimkien mal-granet li jkun għadt fadalek mill-card l-antika. Il-Pass hija valida għal 3 xhur mid-data ta’ meta tinxtara għalhekk, jekk tibdel il-card ftit wara (għax tkun tliftha, jkollha xi ħsara u xort’oħra), dawn il-ġranet ma jiżdidux mat-3 xhur tal-offerta.

5. Ma tingħata l-ebda rifużjoni jekk tixtri l-Pass matul it-3 xhur ta’ meta:

 1. Tiskadi d-data ta’ skandenza fuq it-tallinja card tal-istudenti, jew

 2. It-tallinja card tal-iStudenti tinbidel għal tallinja card tal-adulti.

 3. Tagħżel li tgħalaq l-account tat-tallinja tal-istudenti.

6. Malta Public Transport mhux se tavżak jekk il-pass tiskadi.

7. Kwalunkwe ġranet jew kreditu ta’prorata fuq il-card ma jistgħux jiġu trasferiti fuq klijenti oħra.

8. Il-kreditu fuq it-tallinja card tiegħek, jew it-tallinja card ta’ ħaddieħor, ma jistax jintuża biex jinxtara l-Pass.  

9. Jekk Pass qed tintuża diġa’, Pass oħra ma tistax tintuża sakemm tiskadi ta’ qabilha.

10. Kull darba li titla’ fuq il-karozza tal-linja, għandek dejjem tgħaddi l-Pass minn fuq is-sistema li taqra it-tallinja cards sabiex tivvalida l-vjaġġ tiegħek. Jekk ma tagħmilx dan trid tħallas  €50 bħala penali u/jew isir konfiskazzjoni fuq il-card. Termini u kundizzjonijiet ta’ Malta Public Transport japplikaw.

 Ikseb l-offerta tal-istudenti minn hawn