Malta Public Transport

Skema li tagħti trasport b'xejn lill-klijenti li għanhom bejn 14 u 20

Il-klijenti li għandhom bejn l-14 u l-20 sena, kif ukoll studenti li għandhom 'il fuq minn 20 sena, matul l-2019 se jibbenefikaw minn sena ta' vjaġġar b'xejn permezz tat-trasport pubbliku offrut minn Malta Public Transport. Din l-iskema hija waħda mill-miżuri mħabbra waqt il-baġit għall-2019.

Transport Malta, l-awtorità Maltija għat-trasport, se tkun qed tgħati lura il-kreditu użat matul ix-xahar ta' qabel.

Individwu jista' jibbenifika minn €312 fi kreditu matul is-sena. Transport Malta se tkun qed tagħti lura l-kreditu għar-rotot kollha offruti minn Malta Public Transport li jinkludu r-rotot ta' matul il-jum, dawk ta' filgħaxija u r-rotot speċjali.

Dawk kollha li se jagħlqu bejn erbatax-il sena u għoxrin sena matul l-2019 u diġà għandhom tallinja card m'għandhomx għalfejn japplikaw. Hekk kif dawn jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema f'jum għeluq sninhom. Intant, dawk il-persuni li m'għandhomx tallinja card għandhom l-ewwel japplikaw għal tallinja card ġdida biex ikunu jistgħu jgawdu minn din l-iskema.

Għat-termini u l-kundizzjonijiet kompluti għafas hawn.