Malta Public Transport

Student Tallinja Card offruta b’xejn

20/09/2023

Fl-okkażjoni tal-bidu tas-sena skolastika l-ġdida, Malta Public Transport qed tħabbar promozzjoni speċjali għall-istudenti full-time. Din l-offerta, disponibbli għal żmien limitat, tippermetti lill-istudenti japplikaw għal Student Tallinja Card mingħajr ma jħallsu l-miżata tal-applikazzjoni ta’ €15.

Il-perjodu promozzjonali tibda minn Settembru u tibqa’ għaddejja sat-30 ta’ Novembru, 2023, u hi miftuħa għall-istudenti kollha full-time irreġistrati f’kors f’Malta jew Għawdex. Biex jikkwalifikaw għall-offerta, l-istudenti jridu jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom permezz tal-websajt ta’ Malta Public Transport matul il-perjodu ta’ promozzjoni. Importanti li wieħed jinnota li filwaqt li qed titneħħa l-miżata tal-applikazzjoni, hemm ħlas nominali tal-posta ta’ €2.87 li l-istudenti jridu jkopru. Studenti li għandhom 16-il sena 'l fuq huma meħtieġa jipprovdu prova li huma studenti.

Permezz tal-Student Tallinja Card l-istudenti jistgħu jgawdu wkoll minn rati ta’ vjaġġar skontati fuq servizzi oħra ta’ mobilità bħal rotot diretti, servizzi on-demand, Valletta Ferry Services u kiri ta’ Tallinja Bike.

Għal aktar tagħrif dwar din l-offerta speċjali, fosthom it-termini u l-kundizzjonijiet, l-applikanti prospettivi huma mħeġġa jżuru s-sit publictransport.com.mt.

Lura għall-aħbarijiet